Fis-soċjetà Maltija, l-arti ma għandix tkun biss entertainement imma espressjoni. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista qed jagħraf l-importanza ta’ dan is-settur.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, f’laqgħa li kellu mal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Industrija tad-Divertiment u l-Arti, l-Erbgħa waranofsinhar.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, flimkien ma’ Maria Grech u Marilena Gauci mill-MEIA, iddiskuta l-importanza li wieħed iħares lejn l-artisti u s-settur tal-arti bħala espressjoni.
Bernard Grech sostna li l-arti għandha tkun integrata fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna, hekk kif hija parti integrali mill-iżvilupp ħolisitku tal-bniedem. Hu sostna wkoll li l-arti hija importanti daqs kull suġġett ieħor.
Minn naħa tagħha, l-Assoċjazzjoni sostniet li huma bosta t-temi li qed iħassbuhom; fosthom il-problemi fl-istituzzjonijiet artistiċi. Maria Galea spjegat li meta jasal għall-Budget, l-Assoċjazzjoni tara li dan jolqot lil kulħadd fis-settur artistiku.
Intant, preżenti għal din il-laqgħa, flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm ukoll ix-Shadow Minister Julie Zahra.
//= $special ?>