Liverpool jerġgħu jwaqqgħu l-punti fil-Premier League, din id-darba kontra Aston Villa hekk kif temmew fi draw ta’ 2-2 f’Villa Park.
Mohammed Salah fetaħ l-iskor wara 29 minuta minn suġġeriment ta’ Diogo Jota, qabel Youri Tielamans jagħmel l-iskor indaqs fit-38 minuta. Ollie Watkins irnexxielu jiskorja gowl qabel tmiem l-ewwel taqsima biex jagħti l-vantaġġ il-Villians qabel il-ħin tal-mistrieħ.
Id-difensur laterali Trent Alexander Arnold kiseb id-draw fil-61 minuta b’Salah jagħti l-assist.
//= $special ?>