Lokali Parlament

ll-Ministru Clifton Grima ma jweġibx

ll-Ministru Clifton Grima ma kienx f’pożizzjoni li jagħti informazzjoni u rendikont dettaljat inklużi l-kwalifiki tal-infermiera barranin impjegati mal-kumpaniji li għandhom ir-responsabbiltajiet li jamministraw il-mediċini lill-istudenti fl-iskejjel statali.

Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri staqsa fil-Parlament lill-Ministru responsabbli mill-edukazzjoni jagħti dawn id-dettalji, bil-Ministru jwieġeb biss li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra tal-Parlament maġ jagħtix risposta dwar dawn l-infermiera barranin impjegati biex jamministraw il-mediċini lill-istudenti.