Lokali

New York Post: Mario Grech fost il-favoriti li jsir Papa

Il-ġurnal New York Post jitfa’ l-Kardinal Għawdxi Mario Grech fost il-favoriti li jsir Papa.

Il-ġurnal magħruf New York Post f’artiklu dwar min hu l-favorit li jsir il-mexxej tal-Knisja Kattolika – Mario Grech kien fost it-8 li skont il-ġurnal huma l-aktar favoriti li jieħdu l-Knisja f’idejhom.

Dawn l-artikli qegħdin ukoll jiġu ċċirkulati u ppublikati wara li l-Papa Franġisku bħalissa jinsab rikoverat l-isptar Gemelli ta’ Ruma wara bronikte akut.

Il-ġurnal jisħaq li l-Kardinal Grech huwa bniedem li dejjem jisħaq sabiex il-Knisja Kattolika tilħaq kemm jista’ jkun nies bil-mezzi tagħha sabiex dejjem tressaq lin-nies tad-dinja qrib it-tagħlim ta’ Kristu.

Ara – Who are the front-runners to be elected next pontiff after Pope Francis?