Futbol Sport

PSV idawru t-telfa kontra Juventus fl-ewwel leg u jagħmluha mal-aħħar 16

(Ritratt: EPA)

It-tim Olandiż PSV irnexxielu jegħleb lil Juventus fil-Philips Stadion bl-iskor ta’ 3-1, biex l-iskor wara żewġ legs ikun 4-3. PSV tilfu l-ewwel leg fl-Allianz Stadium 2-1.

Il-veteran Ivan Perisic skorja l-unika gowl għal PSV f’Turin, u kien l-ewwel skorer tal-partita fit-53 minuta b’konklużjoni tajba mil-lemin, qabel Timothy Weah xeħet b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa biex għamel l-iskor indaqs.

Ismael Saibari skorja fl-74 minuta biex jagħmel l-iskor aggregate indaqs, bil-partita tmur għal ħin barrani.

Ryan Flamingo skorja l-gowl li permezz tiegħu kkwalifikaw l-Olandiżi fit-98 minuta.