Borussia Dortmund għaddew għar-rawnd tal-aħħar sittax hekk kif irnexxielhom iżommu l-iskor miksub fl-ewwel rawnd fil-Portugall kontra Sporting Lisbon hekk kif it-tieni leg intemmet 0-0, biex b’hekk Borussia Dortmund għaddew b ‘aggregate ta’ 3-0. Jgħaddu wkoll Real Madrid li għelbu u qalgħu lil Manchester City.
Paris Saint-Germain kisbu rebħa fenomenali ta’ 7-0 kontra Brest biex għaddew għar-rawnd li jmiss b’aggregate kbir ta’ 10-0.
PSG bdew jiskorjaw wara 20 minuta permezz ta’ Bradley Barcola minn assist ta’ Fabian Ruiz. L-Eks Napoli Khvicha Kvaratskhelia għamel l-iskor 2-0 fit-39 minuta b’xutt mill-viċin, b’din id-darba Barcola jagħti s-suġġeriment.
Il-Parisians komplew jiskorjaw fit-tieni taqsima bil-maġġoranza tal-gowls jaslu wara l-ħin tal-mistrieħ. Vitinha kien l-awtur tat-tielet gowl fid-59 minuta, segwit minn gowl ta’ Doue 5 minuti wara. Fid-69 minuta Nuno Mendes għamilhom 5-0. L-aħħar żewġ gowls jaslu minn Goncalo Ramos fis-76 minuta u Senny Mayulu fis-86 minuta.
Real Madrid għaddew mingħajr ebda diffikultà fil-Bernabue hekk kif għelbu lil Manchester City 3-1. (6-3) Wara bidu diffiċli Kylian Mbappe wera l-kwalità tiegħu speċjalment f’din il-partita b’hat-trick fenomenali. Il-Franċiż fetaħ l-iskor wara 4 minuti b’xutt minn barra l-kaxxa.
Mbappe kompla jkabbar l-iskor fit-33 minuta din id-darba minn assist ta’ Rodrygo. Mbappe għaqqad l-iskor fil-61 minuta permezz ta’ assis ta’ Valverde.
Nico Gonzalez skorja l-ewwel gowl mas-Citizens li kien konsolazzjoni fit-92 minuta.
UEFA
CHAMPIONS LEAGUE
It-Tlieta
Milan v Feyenoord (1-2) 1-1
Atalanta v C.Brugge (2-5) 1-3
Bayern M. v Celtic (3-2) 1-1
Illum
B.Dortmund v Sporting (3-0) 0-0
PSV v Juventus (4-3) 3-1
PSG v Brest (10-0) 7-0
Real M. v Man.City( 6-3) 3-1
UEFA
EUROPA LEAGUE
Għada
Roma v Porto – 6:45pm
Bodo/Glmt v Twente – 6:45pm
FCSB v PAOK – :45pm
Galatasaray v AZ – 6:45pm
Ajax v Union S. – 9:00pm
Anderlecht v Fenerbahce – 9:00pm
R.Sociedad v Midtylland – 9:00pm
V.Plzen v Ferencvaros – 9:00pm