Sport

Tliet players tal-Iron Taekwondo League jakkwistaw midalji u trofew fil-Belġju

Tliet ġellieda tal-Iron Taekwondo League (ITL) ġew lura b’midalja kull wieħed – tnejn deheb u wieħed bronż – mill-edizzjoni tal-2025 tal-Open De Liege, li saret fil-Belġju fis-17 ta’ Frar.

It-tim kien immexxi mill-kowċ Gianluca Barbara, li kkompeta wkoll fil-kategorija tal-Masters – 80 kg. Magħhom ingħaqdu Czarek Odlanicki Poczobutt (senior – 87 kg) u Fergeson Galea (senior – 58 kg), li tal-aħħar minnhom iddebutta fil-kategorija senior.

“Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li ITL ħadet sehem f’dan l-avveniment.  L-Open de Liege wera li huwa avveniment importanti għat-tliet atleti, hekk kif qed ikomplu jakkumulaw esperjenza fil-kategoriji rispettivi tagħhom,” irrimarka Gianluca Barbara. “It-tim irritorna Malta b’żewġ midalji tad-deheb u bronż, u esperjenza kbira biex il-momentum jibqa’ għaddej sal-kompetizzjoni li jmiss.”