Hija għajnuna li tfisser eluf kbar ta’ ewro fil-bwiet taż-żgħażagħ – għajnuna li żgur se tkun ta’ appoġġ enormi għal min jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu.
Ilbieraħ, il-Partit Nazzjonalista preżenta sett ta’ miżuri biex jgħinu direttament liż-żgħażagħ:
· Tax credits għal żgħażagħ li jibdew intrapriża tagħhom
· Pjan ekonomiku ġdid li jerġa’ jattira lejn pajjiżna aktar xogħlijiet ta’ kwalità għaż-żgħażagħ
· Stipendji għal kull student irrispettivament minn kemm jaħdem sigħat
· Trasport aktar frekwenti għall-iskejjel post-sekondarji
· Prezzijiet tal-housing li jkunu jirriflettu akar is-salarji medji
· Skema għall-First Time Buyers li tinkludi għajnuna fuq spejjeż marbuta max-xiri ta’ proprjetà bħal spejjeż tan-nutara, periti u oħrajn
Dan apparti s-soluzzjonijiet li ilu jressaq speċifikament biex jindirizza l-kriżi tal-għoli tal-ħajja, li jinkludu:
· Iż-żieda tal-għoli tal-ħajja, il-COLA, ma għandhiex tkun taxxabbli;
· Tax credits lil min iħaddem, biex dan ma jkollux jerġa’ jgħolli l-prezzijiet biex jagħmel tajjeb għaż-żieda tal-għoli tal-ħajja;
· Jinħoloq Fond Nazzjonali biex nappoġġjaw lill-industrija li timporta jew tesporta, u dan biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż li jħalli l-impatt tal-għoli tal-ħajja;
· Naraw li jkun hawn mudell ekonomiku ġdid b’setturi ġodda, li jimmiraw għal xogħlijiet ta’ kwalità u li jħallsu aktar lill-ħaddiema tagħna.
//= $special ?>