Il-Papa Franġisku jinsab f’kundizzjoni stabbli u r-riżultati tad-demm urew kambjament żgħir għall-aħjar speċjalment fl-indiċi tal-infjamazzjoni.
Matul l-għodwa tal-Erbgħa, il-Kap tal-Knisja Kattolika ħa l-kolazzjoni u qara l-gazzetti, filwaqt li matul il-jum kompla bil-ħidma tiegħu flimkien mal-kollaboraturi l-iżjed viċin tiegħu.
Qabel ma’ kiel l-ikla ta’ waranofsinhar, huwa rċieva l-ewkaristija, filwaqt li aktar trad matul il-jum huwa kellu vista mill-Prim Ministru tal-Italja Giorgia Meloni fejn flimkien qattgħu madwar 20 minuta jitkellmu privatament.
//= $special ?>