Id-Delegat Speċjali tal-Partit Laburista Jason Micallef qed jibqa’ jiddefendi l-mossa tal-Labour li jrid jirrestrinġi l-mod kif jiġu appuntati l-Inkjesti Maġisterjali.
Dan irriżulta ċar waqt id-dibattitu tat-Times, fejn Jason Micallef kien mistieden mal-avukat Jason Azzopardi. Bid-Delegat tal-Labour jibqa’ stinat li jridu jirranġaw kif iridu huma l-proċess tal-Inkjesti.
Jason Micallef ma jweġibx meta affaċċjat bil-fatt li anke l-Kamra tal-Avukati ħarġet kontra din il-mossa. U agħar minn hekk, attakka direttament lil min mhux jaqbel mal-Gvern – fosthom il-Prim Imħallef Emeritu Silvio Camilleri.
Intant, waqt Times Talk, Micallef ma jweġibx dwar il-frodi tal-Vitals u d-deal skandaluż li ġie kkundannat għal darba darbtejn mill-Qrati Maltin.
Matul id-dibattitu, l-avukat Jason Azzopardi semma’ kif hu matul is-sajf li għadda fetaħ żewġ Inkjesti Maġisterjali fuq skandli fil-LESA u l-aġenzija Identità.
U dwar dan il-każ tal-aħħar, tressqu anke nies il-Qorti tant kemm kien hemm provi.
B’Jason Azzopardi jfakkar li l-Labour qatt ma għamel apoloġija jew iddispjaċih għall-iskandli kollha li għexna fl-aħħar snin.
Intant, Jason Micallef qatta’ siegħa sħiħa jattakka lill-PN u lil dawk kollha li ma jaqblux mal-Labour. Dan filwaqt li baqa’ jitkellem biss fuq il-passat, biex jevita għal kollox li jitratta l-kriżijiet kbar li qed jaffaċja l-Gvern Laburista bħalissa.
//= $special ?>