Sport

Konferma tal-Kumitat Olimpiku Malti


Il-Kumitat Olimpiku Malti organizza l-Assemblea Ġenerali Elettiva tiegħu, fejn kien hemm konferma tat-tmexxija għat-terminu li jmiss ta’ erba’ snin .

Ir-rwoli ewlenin huma ta’ President, Viċi President, Direttur tal-Isport, Direttur tal-Finanzi, u Segretarju Ġenerali ma kinux ikkontestati.

Julian Pace Bonello, Paul Sultana, Kevin Azzopardi, Charlene Attard żammew ir-rwoli tagħhom filwaqt li Joanne Cassar issa se tieħu r-rwol ta’ Direttur tal-Finanzi flok David Azzopardi. Fil-votazzjoni minn 84 vot , Julian Pace Bonello u Kevin Azzopardi kisbu 81 vot kull wieħed Joanne Cassar 79 vot, Charlene Attard 78 vot u Paul Sultana 68 vot .

Ħames kandidati kkontestaw l-erba’ karigi li kien fadal fuq il-Bord Eżekuttiv fejn il-Bord Eżekuttiv baqa’ l-istess minn 82 vot, Johanna Grech u  Maria Vella-Galea 73 kull wieħed David Azzopardi 70 vot , Dr. Lucienne Attard  b’63 vot u Maria Azzopardi eliminata bi 23 vot.

Il-KOM se jkompli bil-ħidma tiegħu iffokata fuq impenji  internazzjonali li jmiss, programmi ta’ żvilupp tal-atleti, u t-tisħiħ tal-preżenza ta’ Malta fi ħdan il-Moviment Olimpiku.