L-arkeoloġistsi li jispeċjalizzaw fl-istudji dwar l-Eġittu l-Antik skoprew l-ewwel qabar ta’ Farawni mindu nstab il-qabar leġġendjaru ta’ Tutankhamun, aktar minn seklu ilu.
Il-qabar tar-Re Thutmose kien l-aħħar qabar irjali li baqa’ mhux skoprut u li hu relatat mad-Dinastija Eġizzjana tas-Seklu Tmintax.
Intant, grupp Anglo-Eġizzjan ta’ arkeoloġisti u esperti oħra sab il-lokalità tal-qabar qalb il-Widien tal-Punent tan-Nekropolis ta’ Theban, viċin il-belt ta’ Luxor.
Dan wara li r-riċerkaturi, qabel, kienu tal-fehma li l-kmamar fejn indifnu l-Farawni tas-Seklu Tmintax kienu tal-anqas żewġ kilometri ‘l bogħod mis-sit inkwistjoni u eqreb taz-zona magħrufa bħala ‘l-Wied tar-Rejiet’.
Intant, l-esperti sabu dan il-qabar f’zona indikata bħala ‘ċimiterju’ għan-nisa Eġizzjani ta’ linja rjali, iżda meta huma daħlu f’kamra speċifika – jew burial chamber – sabuha mżejna bl-istil indiskutibbli ta’ devozzjoni lil sultan Eġizzjan.
//= $special ?>