Kulħadd intitolat għall-opinjoni – imma l-Gvern se jibqa’ għaddej bil-mossa tiegħu biex ibiddel il-liġi tal-Inkjesti Maġisterjali.
Kienet din is-sustanza fil-messaġġ li wassal mal-ġurnalisti l-Ministru u Membru tal-Kabinett, Clifton Grima, meta Net News staqsa għal liema raġuni l-Gvern ta’ Robert Abela qed jibqa’ jsabbat saqajh u jgħaddi romblu – b’liġi deskritta li se tkun qed thedded id-demokrazija u s-saltna tad-dritt.
Dan wara li bosta kienu dawk li kkritikaw bil-qawwa l-proposti ta’ tibdil fil-liġi li jrid iwassal Robert Abela – fosthom il-Prim Imħallfin Emeriti Joseph Said Pullicino u Silvio Camilleri, il-Kamra tal-Avukati, il-Kamra tal-Kummerċ, u diversi oħrajn li qed jiddeskrivu tali pass bħala theddida għad-demokrazija. Bil-PN jinsisti li fil-Parlament se jivvota kontra dawn l-emendi… u Gvern ġdid Nazzjonalista jirrevedi din il-mossa.
//= $special ?>