Il-Pulizija Ċeka qed tinvestiga l-qtil ta’ żewġ nisa li spiċċaw attakkati minn adolexxenti armat b’sikkina waqt li huma kienu f’ċentru kummerċjali fil-belt ta’ Hradec Králové, lejn il-Lvant ta’ Praga.
L-aggressur spiċċa arrestat mill-Pulizija li wieġbu għall-emerġenza u bl-awtoritajiet, sa dak il-punt, ma jeskludu ‘l-ebda mottiv’.
Sar magħruf li ż-żewġ nisa kienu impjegati mas-sidien taċ-ċentru u li l-aggressur ftit offra reżistenza meta l-Pulizija sabuh viċin il-‘crime scene’.
Il-Prim Ministru Ċek, Petr Fiala, għan-nom tal-Gvern, bagħat il-messaġġi ta’ kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi waqt li tenna li l-poplu qed juri solidarjetà ma’ dawn il-familji li wkoll qed ibatu l-konsegwenzi ta’ dan l-att terribbli.
Intant, il-Pulizija Ċeka qalet li s-sitwazzjoni fl-inħawi ta’ Hradec Králové tinsab taħt kontroll u li ma hemmx aktar periklu għall-pubbliku.
//= $special ?>