Lokali Qorti

Rifjutata talba ta’ Rumen biex ma jgħaddix ġuri fuq importazzjoni ta’ 24 kilo ‘cannabis grass’

Il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Neville Camilleri, ma laqgħetx talba ta’ Rumen li qed jiġi mixli flimkien ma’ ħuh li fl-2019 importa 24 kilo cannabis grass, biex il-każ tiegħu jinstema’ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u mhux jiffaċċja ġuri quddiem il-Qorti Kriminali.

Cosmin Constantin losub ta’ 24 sena u ħuh Bogdan lonut losub ta’ 26 sena, kienu ġew mixlija li l-Ħamis, 5 ta’ Settembru ta’ sitt snin ilu importaw il-ħaxixa tal-cannabis f’Malta f’ċirkustanzi li juru li ma kenitx għall-użu personali tagħhom. Huma kienu nqabdu bid-droga li nstabet moħbija f’karozza mal-wasla tagħhom minn Pozzallo.

Cosmin Constantin losub ippreżentata din it-talba fis-7 ta’ Ottubru tal-2024, bl-Avukat Ġenerali joġġezzjona għal din it-talba. Fir-rikors tiegħu, Cosmin Constantin Iosub qal li dakinhar tal-arrest kellu biss 19-il sena u li l-involviment tiegħu fir-reat kien bl-aktar mod minimu.

Huwa rrefera għar-rwol li kellu ħuh, Bogdan Ionut Iosub, li jgħid li kien biss ‘courier’ tad-droga. Huwa jirreferi għall-fatt li kien involut f’dan l-avveniment mingħajr ma kien jaf. Qal ukoll li fl-istqarrija tiegħu li jammetta li kien konxju li ħuh fil-fatt kien qed jagħmel xi ħaġa illegali imma li hu ma kellu l-ebda involviment bi ftit għarfien ta ‘dak li kien fil-fatt kien qed iseħħ.

Tennai li ma kienx konxju tal-firxa tal-operazzjoni jew il-kwantità ta’ sustanzi illeċiti li kienu qed jiġu
importati u li b’hekk dan juri li ma kellu ebda kontroll reali fuq is-sustanzi illeċiti kkonċernati. Qal ukoll li kien fil-post żbaljat fil-ħin ħażin waqt li qed jakkumpanja lil ħuh.

Saħaq ukoll li ma kellu l-ebda rabtiet mas-sors tad-droga u l-ebda involviment fin-natura sofistikata tal-ħabi tad-drogi u li barra minn hekk ma ġġenera l-ebda qligħ finanzjarju. Huwa jirreferi għal xhieda tar-rappreżentant tal-Virtu Ferries li kkonferma li fil-vjaġġi preċedenti ma kienx preżenti u kien biss
ħuh li kien involut.

Għamel referenza wkoll għal-livell relattivament baxxa ta’ purità tas-sustanzi illeċiti importati, li fi kliemu għandu jittieħed konsiderazzjoni fil-kuntest tal-Liġijiet ta’ Malta. Għamel ukoll referenza għal numru ta’
digrieti mogħtija millQorti ppreseduta diversament.

Ikkolabora u għen lill-Pulizija

Huwa sostna wkoll li llum il-cannabis hija legalizzata f’Malta u li l-parametri ta’ kastig għat-traffikar
tal-cannabis tnaqqsu fix-xhur u s-snin li għaddew. Apparti minn dan, qal li minkejja li ma kienx involut
f’din l-operazzjoni u minkejja li ftit li xejn kellu għarfien, kien onest ħafna u kkollabora b’mod volontarju fl-istqarrijiet li għamel mal-Pulizja.

Jgħid ukoll li meta mqabbel ma’ ħuh, minkejja li ma kellux informazzjoni dwar l-operazzjoni, semma wkoll isem li fl-opinjoni tiegħu kien ta’ interess għall-Pulizija. Fl-aħħar nett huwa ddikjara li d-dewmien fil-proċedimenti huwa ekwivalenti għal ksur tad-drittijiet tiegħu.

Hu qal li fid-dawl tal-għadd kbir ta’ ġurijiet li seħħew qabel dan il-każ, u l-backlog li jeżisti kif inhi l-liġi sakemm din il-kawża tiġi deċiża, għandu żgur ħin ta’ stennija ta’ madwar ħames snin filwaqt li jekk il-każ jinstema’ mill-Qorti tal-Maġistrati, il-probabbiltà hi li l-każ jiġi deċiż f’inqas minn sena.

L-Avukat Ġenerali oġġezzjona għat-talba mressqa mill-akkużat b’mod partikolari, għall-fatt li hu ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni tal-applikant li l-cannabis illum hija droga legalizzata f’Malta. Jirrimarka li
fl-aħħar mill-aħħar instab li hu importa 24 kilo ta’ ħaxixa tal-cannabis li huma ferm lil hinn mil-limitu ta’ 300 gramma, irrispettivament mill-purità tal-istess droga.

Dwar ir-referenza għax-xhieda tar-rappreżentant tal-Virtu Ferries, l-Avukat Ġenerali jgħid li din mhix prova l-fatt li ma akkumpanjax lil ħuh fi vjaġġi preċedenti. L-Avukat Ġenerali jikkonkludi li meta wieħed iqis il-preżenza fl-importazzjoni u l-ammont ta’ cannabis inkwistjoni, il-każ jistħoqqlu jiġi ġġudikat quddiem il-Qorti Kriminali.

Fil-ġuri jittieħdu l-kunsiderzzjonijiet kollha tal-każ

Biex wasal għad-deċiżjoni, l-Imħallef Neville Camilleri semma diversi linji gwida li japplikaw għall-persuni akkużati kollha li għandhom 16-il sena u aktar. Il-Qortio qalet li persuna akkużata b’dan ir-reat, għandu jiġi ġġudikat il-ħsara jew il-ħsara potenzjali kkawżata mir-reat.

Il-kwantità tad-droga hija konsiderazzjoni prinċipali fi valutazzjoni tal-ħsara. Il-purità mhux bilfors tkun
titqies fl-istadju inizjali iżda jista’ jkun ikkunsidrat fid-determinazzjoni jekk persuna inizjalment riferut għall-ġuri quddiem il-Qorti Kriminali għandux ikun riferut quddiem il-Qorti tal-Maġistrati aktar tard.

Ir-rwol li għandu l-akkużat fir-reat għandu, jekk informazzjoni suffiċjenti hi disponibbli, titqies ukoll
konsiderazzjoni. F’każijiet bħal dawn għandha ssir distinzjoni bejn persuni li kellhom rwol ewlieni, rwol sinifikanti jew a rwol inqas fit-twettiq tar-reat.

Il-Qorti tieħu inkunsiderazzjoni dwar jekk l-akkużat organizza jew idderieġa xiri u bejgħ ta’ droga fuq skala kummerċjali. Li l-akkużat kellu rabtiet sostanzjali ma’ u influwenza sinifikanti fuq persuni oħra f’katina. Li l-akkużat kellu rabtiet mill-qrib mal-oriġini sors tad-drogi; li l-akkużat għamel qligħ finanzjarju sostanzjali jew kellu aspettattiva ta’ gwadann finanzjarju sostanzjali.

Kunsiderazzjonijiet oħra li l-akkużat uża negozju leġittimu bħala kopertura għax-xiri jew il-bejgħ tad-drogi; li l-akkużat abbuża minn pożizzjoni ta’ fiduċja jew ta’ responsabbiltà sinifikanti fil-kummissjoni tar-
reat, pereżempju meta l-akkużat ikun il-ħabs, impjegat jew professjonist legali jew mediku.; li l-akkużat involva lil ħaddieħor fl-operazzjoni jew billi jeżerċita pressjoni jew influwenza fuqhom.

Fost raġunijiet oħra li l-akkużat kien ingaġġat minn ħaddieħor biex jikkommetti r-reat bi pressjoni, sfurzar jew intimidazzjoni u li kien involut fil-kummissjoni tal-offiża jew għax kien sfruttat minn oħrajn, u li l-akkużat ikun immira postijiet maħsuba għal persuni vulnerabbli jew fittex li jforni drogi lil minuri;

Il_Qorti Kruiminali qalet ukoll li għajnuna li l-akkużat seta’ ta lill-Pulizija jew il-prosekuzzjoni jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati. “Għaldaqstant, għall-fini tal-linji gwida indikati l-Qorti tqis li s-sehem tal-akkużat f’dan l-uniku episodju li għalih issir referenza fl-atti proċesswali, kien wieħed tassew minuri, minimu għall-aħħar u limitat, bl-akkużat jaġixxi taħt id-direzzjoni ta’ oħrajn u taħt pressjoni fid-dawl tal-insistenza ta’ missieru li kellu bżonn il-flus għall-kura ta’ ommu.

Lanqas ma jirriżulta li l-akkużat kellu xi influwenza fuq dawk ta’ fuqu fiċ-ċirku, jew li kellu xi għarfien rigward l-operazzjoni jew il-kobor tagħha, u finalment lanqas ma għamel jew kien se jagħmel gwadann finanzjarju mill-istess reat.

Ma’ dan, il-Qorti tqis ukoll li l-Uffiċjal Prosekutur iddikjara wkoll li l-akkużat għandu jibbenefika mill-Artikolu 29 tal-Kapitolu 101 tal-Liġijiet ta’ Malta, stante li kkollabora bis-sħiħ mal-Pulizija. Konsegwentement, għal dwn ir-raġunijiet kollha, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet it-talba ta’ Cosmin Constantin Iosub u l-każ tiegħu għandu jinstema’ mill-Qorti Kriminali.