Richard Whitehead, li rebaħ midalja tad-deheb fil-Logħob Paralimpiku ta’ Londra fl-2012 u f’Rio de Janeiro fl-2016 u għandu rekord dinji fil-kategorija tal-maratona, se jipparteċipa fil-LifeStar Malta marathon nhar il-Ħadd li ġej.
Imwieled u mrobbi f’Nottingham, Richard Whitehead MBE huwa atleta professjonali, maratoneta u huwa passjonat dwar id-diversità u l-vera inklużjoni.
Wara li twieled b’amputazzjoni konġenitali doppja permezz tal-irkoppa, Richard żviluppa passjoni għall-isport minn età żgħira, bil-ġenituri tiegħu jħeġġuh jipparteċipa fl-isports u jgħallmuh kif jgħix ħajja mingħajr limiti… filosofija li ddefiniet ħajtu u lil dawk ta’ madwaru.
Richard rebaħ midalja tad-deheb f’Londra 2012 fil-kategorija T42 200 metru bħala parti mit-tim Paralympics GB. Richard żamm il-midalja tad-deheb tiegħu f’Rio 2016, rebaħ ukoll il-fidda fit-T42 100m, kiseb erba’ titli tal-Kampjonati tad-Dinja fl-200m, u fl-2019 kien captain tat-tim fil-Kampjonati Dinji Para-Athletic ta’ Dubai, u fl-aħħar kiseb il-fidda fil-Logħob Paralimpiku pospost tal-2021 f’Tokjo, f’T61.
Wara aktar minn 20 sena ilu għamel l-ewwel maratona tiegħu fi New York, ikkompeta f’maratoni madwar id-dinja, u Champion tad-Dinja b’rekord dinji fil-maratona u nofs maratona fejn fil-maratona ta’ Chicago temm f’2:41:36.
//= $special ?>