Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza

Raġel ta’ 45 sena sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Fgura.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-18:00, fi Triq Ħompesch, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza Chevrolet Aveo misjuqa minn Albaniża ta’ 32 sena residenti l-Fgura, u mutur Kawazaki ZR750 misjuq minn Taljan ta’ 45 sena residenti Wied il-Għajn.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.