Lokali

“Inizjattiva tajba li jistħoqqilha appoġġ” – l-editorjal tal-Indipendent ifaħħar l-inizjattiva tal-PN

Hija inizjattiva ta’ min ifaħħarha, u li jistħoqqilha l-appoġġ kollu anka minngħand il-Gvern.

Hekk iddiskriva l-inizjattiva tal-Viċi Sindku tal-Floriana James Aaaron Ellul, l-editorjal ta’ The Malta Indipendent, bil-għan li din il-lokalità tkun riġenerata. Bl-editorjal ukoll jinotta kif bosta residenti qegħdin jitilqu minn din il-lokalità sabiex imorru jgħixu f’post aktar konvenjenti. Sitwazzjoni li qed tolqot mhux biss lil Floriana iżda wkoll lil Belt Valletta, lill-Kottonera u lil-lokalitajiet li jmissu mal-Port Il-Kbir

L-editorjal qal ukoll li l-fatt li dan id-dokument kien approvat mill-kunsilliera kollha kemm tal-Partit Laburista kif ukoll mis-Sindku Indipendenti, huwa sinjal pożittiv ħafna.

Xi wħud mill-gwidi ta’ din l-inizjattiva huma iżjed diffiċli biex jinksibu minn oħrajn, kompla jgħid l-editorjal ta’ The Malta Indipendent, però xorta waħda huma possibbli speċjalment jekk din il-lokalità tingħaqad ma’ lokalitajiet oħra biex twettaq dawn l-għanijiet.

L-editorjal temm jgħid li din l-idea tal-Viċi Sindku tal-Partit Nazzjonalista tista’ tkun punt ta’ tluq għal futur aħjar u li jista’ jkun ideali għar-reġjun tal-port kollu.