Indjan ta’ 33 sena li jgħix Ħal Qormi, se jgħaddi ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera akkużat li fil-bajja tal-Għadira stupra tfajla Maltija ta’ 15-il sena li kienet qed tgħallmu jgħum. Huwa se jiġi mixli b’ħames kapi ta’ akkuża.
L-akkużi huma dwar stupru, li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ tfajla taħt l-età, li wettaq atti bla kunsens, kontra d-diċenza u l-moralità tal-istess allegata vittma u li dawn l-atti saru f’lok espost għall-pubbliku. Il-prosekuzzjoni qed takkuża lil Sarath Babu Kongadan li wara li fl-2019 beda jaħdem bħala xufier f’Malta jwassal l-istudenti, iltaqa’ mat-tifla f’wieħed mill-vjaġġi li kien jagħmel.
Ftit wara kkuntattjaha fuq il-mezzi soċjali u beda jibagħtilha messaġġi fejn f’wieħed minnhom talabha biex tgħallmu jgħum. It-tifla aċċettat u fl-24 ta’ Awwissu tal-imsemmija sena ltaqgħu fil-bajja tal-Għadira fejn allegatament ipprova jneħħi l-malja tat-tifla u daħħal subgħajh fil-parti ġenitali tat-tifla waqt li kienu fil-baħar. It-tifla għamlet rapport lill-Pulizija li ressqet lil Kongadan.
Mill-provi rriżulta li ftit ġimgħat wara li beda jaħdem bħala xufier ta’ vann tal-iskola, Sarath
Babu Kongadan, għamel kuntatt mal-minuri, fuq applikazzjoni tal-midja soċjali. Fil-bidu, l-akkużat sempliċiment kien jagħmel ‘like’ filmati li jitpoġġew mill-minuri.
Eventwalment, f’Awwissu tal-2019 l-akkużat beda jibgħat messaġġi lit t-tfajla jitlobha biex jiltaqa’ magħha sabiex tgħallmu kif jgħum. Sussegwentement, wara li rċeviet numru ta’ messaġġi f’dan is-sens, il-minuri aċċettat li tiltaqa’ mal-akkużat sabiex tgħallmlu jgħum, u laqgħa ġiet miftehma għall-24 ta’ Awwissu 2019.
Waqt li kienu qed jgħumu, l-akkużat beda jmiss lit-tfajla u f’daqqa waħda daħħal subgħajh fil-parti ġenitali tagħha u dan mingħajr il-kunsens tagħha. Sarath Babu Kongadan beda jbus lill-minuri fuq xofftejha, fuq għonqha u partijiet oħra ta’ ġisimha.
L-akkużat imbagħad neħħa n-naħa t’isfel tal-bikini tagħha biex ikompli għaddej b’dawn l-atti. Wara dan kollu huma ħarġu mill-ilma u ftit wara reġgħu marru għal għawma, fejn eventwalment l-akkużat rrepeta l-atti mingħajr il-kunsens tat-tifla.
L-Avukat Ġenerali qed jitlob biex l-akkużat Sarath Babu Kongadan jinstab ħati tal-akkużi miġjubin kontrih
u jiġi kkundannat priġunerija għal perjodu ta’ minn erba’ sa 12-il sena kif stipulat skont il-liġi fuq l-akkuża ta’ stupru filwaqt li hemm pieni anqas ħorox u multi fuq l-akkużi l-oħra inqas gravi.
Il-prosekuzzjoni qed tgħid li dawn ir-reati jmorru kontra d-diċenza u l-morali, b’kull att sar f’post pubbliku jew f’post espost għall-pubbliku,
//= $special ?>