Mara, li kienet taħdem bħala aġent tal-kiri ta’ proprjetà, ġiet akkużata bi frodi u ħasil ta’ flus meta allegatament ħarġet kuntratt ta’ kiri folz lil madwar 57 persuna li kienu reġistrati li jgħixu fl-istess indirizz. Deborah Calleja ta’ 47 sena minn Birkirara kienet mixlija b’ħasil ta’ flus, frodi, li għamlet użu minn dokumenti foloz, u li għamlet dikjarazzjonijiet foloz għad-detriment tal-Kummissarju tat-Taxxa, l-Awtorità tad-Djar u Identita bejn l-2022 u l-2024.
Hija wieġbet mhux ħatja. Il-Maġistrat Astrid May Grima semgħet kif, fil-11 ta’ Lulju 2024, il-Pulizija kienet qed tinvestiga 57 persuna li kienu rreġistrati bħala residenti fl-istess indirizz fl-Imġarr. Diversi nies ġew interrogati.
Sostnew li Calleja kienet ħarġet kuntratti ta’ kiri foloz. Inħareġ mandat ta’ arrest. Hija ġiet arrestata fit-23 ta’ Awwissu li għadda u ġiet interrogata. Hija ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq police bail li ġiet estiża diversi drabi waqt li l-Pulizija komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom, u issa kienet qed titressaq il-Qorti dwar l-allegat involviment tagħha.
L-avukat tagħha, Josè Herrera, għamel talba għall-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-biża’ li tbagħbas l-evidenza. Il-prosekuzzjoni qalet li l-Pulizija identifikat madwar 14 mis-57 persuna involuti li jistgħu jiġu mħarrka biex jixhdu fil-każ.
Dr Herrera nnota li l-klijent tiegħu għandha rekord kriminali nadif u kienet żammet mal-kundizzjonijiet tal-police bail matul dawn is-snin. “Hija omm. Tinsab bla flus u persuna ġenwina. Hija tant hi ġenwina li ġiet użata u meta missierha miet, hija aċċettat il-wirt tiegħu li setgħet irrifjutat.
Huwa wiret €700,000 f’dejn u minn dakinhar ilha tipprova tħallas,” qal l-Avukat u żied li ma kellhiex flus fil-kontijiet bankarji tagħha. Filwaqt li l-flus kienu għaddew mill-kontijiet tagħha, hija ma kellhiex aktar peress li kienet tużahom biex tħallas id-djun.
Il-prosekuzzjoni nnutat li, mill-investigazzjonijiet tagħhom, kien hemm xi €116,600 mgħoddija lilha. Il-Maġistrat ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ ffriżar tal-assi tagħha.
L-avukati mill-uffiċċju tal-AĠ Andrea Zammit u Manuel Grech mexxew il-prosekuzzjoni bl-assistenza tal-Ispetturi tal-Pulizija Matthew Grech u Hubert Gerada. L-akkużata qed tkun assistia wkoll mill-Avukat Martina Herrera.
//= $special ?>