Lokali Qorti

Fattiga li taħdem f’dar tal-anzjani mixlija b’serq ta’ flus u ġojjelli

Fattiga kienet mixlija li serqet oġġetti li jiswew “eluf ta’ ewro” mid-dar tal-anzjani fejn kienet taħdem. Georgina Micallef ta’ 56 sena minn Ħaż-Żabbar, wieġbet mhux ħatja li serqet flus kontanti, ġojjelli u credit card mid-djar ta’ tliet anzjani u ffrodat lill-Bank of Valletta meta għamlet użu mill-card.

L-allegati reati seħħew mill-2022 sa issa. Il-Maġistrat Astrid May Grima semgħet lill-avukat tagħha, Nicholas Mifsud, jitlob għall-ħelsien mill-arrest. Iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat billi qalet li kienu mħassba dwar it-tbagħbis tal-evidenza.

Il-prosekuzzjoni qalet li Micallef kienet carer li għal diversi snin serqet mingħand l-anzjani – ‘l fuq minn 80 sena – li kienet qed tieħu ħsiebhom fi djarhom. Hija serqet eluf ta’ ewro, qalet il-prosekuzzjoni u żiedet li kien hemm investigazzjonijiet għaddejjin.

Id-difiża rribattat u qalet li kienet preżunta li kienet innoċenti u kienet omm tifel żgħir. L-Avukat żied jgħid li l-klijent tiegħu kien ‘cleaner’ u mhux carer. Hi ġiet miċħuda l-libertà proviżorja u nżammet arrestata.

L-avukat mill-uffiċċju tal-AĠ Brandon Bonnici u l-Ispettur Gabriel Kitcher mexxew il-prosekuzzjoni.