Lokali

Il-Ministru Borg jgħid li l-korruzzjoni taffetwa l-investiment

Hija sfida li rridu naħdmu fuqha flimkien għax hija kruċjali għar-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

Kliem id-Deputat Prim Ministru Ian Borg meta kien qed iwieġeb lil Net News, fejn saqsejnih jekk hux inkwetat bir-riżultat li kiseb il-Gvern fl-Indiċi Internazzjonali tal-Korruzzjoni fejn il-Gvern niżżel lil  Malta fl-agħar riżultat fl-istorja… biex issa ninsabu fil-65 post.

Ir-raport iddiskriva is-saltna tad-dritt f’Malta bħala waħda fi stat ta’ degredazzjoni. Dan filwaqt li tefa’ dawl fuq l-akkużi li qiegħed jiffaċċja l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat dwar id-deal frawdalenti tal-isptarijiet.

Intant, mistoqsi minn se jġorr responsabbilta għal dan ir-riżultat, il-Ministru Ian Borg qal li r-responsabbilta tired tintrefa minn kulħadd.

Dan b’kuntrast ma’ dak li  qalilna l-Ministru Owen Bonnici, li skont hu l-Gvern qed jagħmel biżejjed ….  minkejja li sena wara l-oħra r-riżultati jibqgħu juru propju l-oppost.