Il-Partit Nazzjonalista approva grupp ieħor ta’ tmien kandidati għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, f’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv, ilbieraħ filgħaxija.
Il-kandidati approvati huma:
· James Aaron Ellul fuq l-Ewwel Distrett
· Errol Cutajar fuq it-Tielet Distrett
· Leone Sciberras fuq it-Tielet Distrett
· George Muscat fuq it-Tmien Distrett
· David Pace Ross fuq it-Tmien Distrett
· Noel Muscat fuq id-Disa’ Distrett
· Charles Selvaggi fuq id-Disa’ Distrett
· Joseph Grech fuq il-Ħdax-il Distrett
Matul il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lil dawn il-kandidati approvati kif ukoll lil oħrajn li diġà wrew interess li jkunu parti mit-tim tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali u li se jkunu approvati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
L-approvazzjoni tal-kandidati tal-bieraħ tkompli mal-proċess li ngħata bidu għalih lejn tmiem is-sena li għaddiet meta kien approvat l-ewwel grupp ta’ kandidati ġodda għall-elezzjoni ġenerali li jmiss – proċess li għandu jwassal biex il-PN japprova l-kandidati kollha li se jkunu qed jikkontestaw f’ismu l-elezzjoni li jmiss.
Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN li saret ilbieraħ, fuq talba tas-Segretarju Ġenerali attwali Michael Piccinino, skatta wkoll il-proċess biex issir elezzjoni għal Segretarju Ġenerali ġdid tal-PN. Din l-elezzjoni interna titmexxa mill-kummissjoni elettorali interna tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>