Ewropa Lokali

Imur fil-Parlament Ewropew biex igiddeb Maltija bħalu dwar mużika u storbju eċċessiv f’Malta

Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet fil-Parlament Ewropew jiddiskuti petizzjoni mressqa mill-MEP Nazzjonalista, Peter Agius u l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Albert Buttigieg dwar l-infurzar tad-drittijiet Ewropew dwar Noise Pollution għal ħinijiet ta’ mistrieħ u limiti legali tal-ħsejjes

L-MEP Laburista Alex Agius Saliba mar fil-Parlament Ewropew sabiex igiddeb residenta minn Tas-Sliema wara li wriet kif ħafna Maltin u Għawdxin qed ibatu minħabba mużika u storbju eċċessiv li qed jitħalla għaddej sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Anna Maria Baldacchino mis-Sliema Residents Group, indirizzat il-Kumitat tal-Petizzjonijiet fil-Parlament Ewropew dwar petizzjoni li ressaq l-MEP Nazzjonalista Peter Agius u l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Albert Buttigieg bil-għan li jiġu infurzati d-drittijiet Ewropej dwar in-Noise Pollution u l-limiti legali tal-ħsejjes.

“We’ve got these beach concessions which are full of loud speakers. This happens year after year. This is going on all over Malta. They cannot sleep at night. This is the way we’re being treated.”

Il-petizzjoni tressqet f’isem eluf ta’ residenti, partikolarment minn Tas-Sliema u San Ġiljan. U qed tinsisti għal azzjoni immedjata biex jiġi żgurat kontroll effettiv tal-ħsejjes esaġerati.

Iżda għal Agius Saliba, dan kollu mhux minnu, għaliex skont hu, is-sitwazzjoni mhix “problema sistematika”.

“Hemm numru ta’ problemi żgħar imma mhijiex problema sistematika.”

Numru ta’ Maltin kellhom jitilgħu Brussell sabiex jitkellmu dwar dan l-istorbju eċċessiv wara li tkellmu mal-awtoritajiet Maltin iżda baqa’ ma sar xejn.

“Din mhijiex kompetenza Ewropea u allura din il-petizzjoni, totalment, mingħajr dubju, hija waħda inammessibbli, ma tagħmilx sens.”

Preżentament hemm direttivi Ewropej li huma parti mil-liġijiet Maltin; iżda mhux jiġu implimentati.

“I find it unacceptable. So I encourage the EU to look at our laws and to see why we are not implementing the EU directives and taking care of us citizens.”

L-MEP Peter Agius qal li mhux aċċettabbli li n-“Noise Action Plan” għadu mhux implimentat, u minħabba f’hekk qed iħalli lir-residenti esposti għal livelli eċċessivi ta’ ħsejjes mingħajr protezzjoni.

“Malta gżira turistika. Xi ħaġa sabiħa. Imma għandu jkun hemm bilanċ. Ma nsitax naċċetta li stabbilimenti kummerċjali huma neighbours. Neighbours x’jiġifieri?”

Intant, il-Kumitat tal-Petizzjonijiet laqa’ l-petizzjoni u talab lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga n-nuqqas ta’ konformità tal-Gvern Malti, titlob l-infurzar tal-kontrolli fuq il-ħsejjes, u tesplora rimedji għal dawk affettwati.