Lokali

Isofru ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt

Żewġ anzjani ġarbu ġrieħi gravi wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat f’ħajt kmieni dalgħodu fi Triq il-Baċir, Raħal Ġdid.

Kienu għall-ħabta tas-7:30 am, meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku li fih sewwieq ta’ Toyota Ractis, raġel ta’ 80 sena minn Raħal Ġdid, tilef il-kontroll u ħabat f’ħajt.

Passiġġier fl-istess vettura kien hemm ukoll raġel ieħor ta’ 80 sena minn Raħal Ġdid.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.