Donnu li għal-Labour, il-piż tal-għoli tal-ħajja hu xi ħaġa tad-daħk. U skont il-Ministru Owen Bonnici… il-PN m’għandux jitkellem dwar l-għoli tal-ħajja.
Dan kollu seħħ il-Ġimgħa filgħodu meta l-Ministru Bonnici kien mistoqsi dwar il-proposti importanti tal-PN sabiex jitnaqqas il-piż tal-inflazzjoni, iż-żieda fil-prezzijiet u l-għoli tal-ħajja.
Fost l-oħrajn – kif ilu jgħid għal diversi snin – il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li l-COLA ma għandix tiġi intaxxata. Proposta li anke l-UĦM Voice of the Workers, il-GWU u anke l-Malta Employers ilhom jinsistu dwarha.
Iżda meta mistoqsi minn Net News jekk il-Gvern hux se jneħħi t-taxxa minn fuq il-COLA, il-Ministru Owen Bonnici għażel biss li jidħak.
Risposta li turi b’mod evidenti kemm il-Gvern ta’ Robert Abela huwa Gvern li ma jikkonsultax la mal-Oppożizzjoni u wisq anqas mal-unions u l-imsieħba Soċjali. U minflok jindirizza l-problemi reali, jagħżel biss li jitkellem b’mod partiġjan.
Dan b’differenza għall-Partit Nazzjonalista li ġimgħa wara l-oħra qed ikompli joħroġ bi proposti ġodda li jgħinu lill-poplu Malti u Għawdxi fil-piż tal-għoli tal-ħajja.
//= $special ?>