Lokali

Kuċċier midrub f’inċident li seħħ qrib Bieb il-Bombi

Kuċċier ta’ 61 sena weġġa’ gravi f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-1:30 pm, fi Triq Nazzjonali, il-Furjana.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozzin li fuqu kien hemm il-kuċċier li huwa residenti Ħal Qormi u cab misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Bormla.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo