Lokali Mużika

L-aħwa Kayati jirritornaw b’single ġdida

minn Noel D’Anastas

L-aħwa Kayati, id-duo magħrufa għall-armoniji soulful u r-rakkonti emozzjonali tagħhom, qed jirritornaw b’single ġdida, ‘Happier’.

Il-kanzunetta turi l-messagg emozzjonali li jiddistingwi l-mużika tagħhom, billi tgħaqqad melodiji rikki ma’ lirika li tolqot lil dawk li jisimgħuha fuq livell personali.

Kayati, magħmul mill-aħwa Mabrouka u Fatima El Kayati, ilhom jagħmlu mużika flimkien minn tfulithom, u biddlu dik l-imħabba u l-passjoni tagħhom f’karriera serja. Ispirati mill-esperjenzi personali tagħhom u minn stejjer li jolqtu lil qalbhom, id-duo joħolqu kanzunetti li għandhom l-għan li jqajmu l-ispirazzjoni, jagħtu tama, u jgħaqqduhom mas-segwaci tagħhom.

Dawk li jsegwu lil Kayati probabbli jiftakruhom minn l-ewwel staġun ta’ The X Factor Malta, fejn kienu waslu sal-Live Shows. Minn dakinhar, komplew jibnu r-repertorju mużikali tagħhom, u ħarġu l-kanzunetti ‘About You’ u ‘Happy Birthday’.

B’ ‘Happier’, Kayati jwasslu messaġġ dwar it-tkabbir personali, ir-reżiljenza, u l-vjaġġ lejn is-sodisfazzjon personali. Din il-kanzunetta tikkorpora l-essenza tal-arti tagħhom – emozzjonijiet puri flimkien ma’ melodiji li jibqgħu f’qalb is-semmiegħ. Hija prova tal-ħoss tagħhom li qed jevolvi li jgħaqqad influwenzi pop ma’ lirika maħruġa mill-qalb li titkellem dwar min qed ifittex l-hena tiegħu.

Minkejja l-ħajja impenjattiva tagħhom, l-imħabba tagħhom għar-rakkont permezz tal-mużika żżommhom marbuta mal-passjoni tagħhom, anke waqt li jibbilanċjaw l-impenji professjonali u kreattivi tagħhom.

‘Happier’, li ġiet produċuta minn Peter Borg f’Railway Studios, issa hija disponibbli fuq il-pjattaformi ewlenin kollha ta’ streaming tal-mużika.