Rebħa għal Roma fi Stadio Olimpico fuq Porto, rebħa ta’ 3 – 2, għaddew għall-fazi li jmiss tal-Europa League b’aggregate ta’ 4 – 3.
Fis-27 minuta Porto fetħu l-iskor permezz ta’ SAMU AGHEHOWA li minn azzjoni ta’ Fabio Vieira għeleb lil Mile Svilar. Reazzjoni immedjata minn Roma li fil-35 minuta minn azzjoni ta’ Eldor Shomurodov kien PAULO DYBALA li għeleb lil Diogo Costa. Erba’ minuti wara, pass ta’ Manu Kone’ lejn PAULO DYBALA poġġa lil Roma fil-vantagg. Fil-51 minuta tkeċċa għal Porto Stephen Eustaquio. Fit-83 minuta Roma kabbru l-iskor permezz ta’ NICCOLO’ PISILLI minn azzjoni ta’ Angelino sabiex fis-sitt minuta ta’ ħin miżjud, Porto naqqsu l-iskor wara awtogowl ta’ DEVYNE RENSCH.
Viktoria Plzen 3 Ferncvaros 0
Konxji mit-telfa ta’ 1- 0 f’Budapest, Viktoria fetħu fuq l-offensiva fejn fit-28 minuta RAFIU DUROSINMI għeleb lil David Grof. Ebda reazzjoni minn Ferencvaros l-aktar wara li fil-35 minuta minn azzjoni ta’ Matej Vydra kien PAVEL SULC li għamel l-iskor 2 – 0. Erba’ minuti wara kien mill-ġdid RAFIU DUROSINMI li minn pass ta’ Sulc għeleb mill-ġdid lil Grof għal 3 – 0 . Riżultat li bih intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita b’Viktoria jikkwalifikaw b’aggregate ta’ 3 – 1
Anderlecht 2 Fenerbache 2
Draw li permezz tiegħu Feberbache għaddew b’aggregate ta’ 5 – 2 wara t-3 – 0 tal-ewwel leg fit-Turkija.
Wara biss 4 minuti, Fenerbache marru il-vantaġġ permezz ta’ YOUSSEF EN NASYRI li minn azzjoni ta’ Edin Dzeko għeleb lil Colin Coosemans. Reazzjoni minn Anderlecht li fit-18-il minuta kisbu l-gowl tad-draw wara li LUIS VASQUEZ għeleb lil Irfan Can Egri Bayat. Fil-55 minuta kien mill-ġdid LUIS VASQUEZ li poġġa lil Andrelecht fil-vantaġġ minn azzjoni ta’ Thorgen Hazard sabiex fit-63 minuta minn azzjoni ta’ Milan Skriniar kien YUSUF AKCICEK li għamel l-iskor 2 – 2 .
//= $special ?>