Lokali Parlament

Sitt itfal bħalissa bis-servizzi fil-Young People’s Unit

Matul l-2024, kien hemm 113-il tifel u tifla li użaw is-servizzi tal-Young People’s Unit (YPU).  L-iżgħar età kienet ta’ għaxar snin u l-ikbar età kienet ta’ tmintax-il sena. Fil-mument hemm sitt itfal fil-Young People’s Unit.

Il-kundizzjonijiet li għalihom ikollhom jiddaħħlu tfal fil-YPU huma għal dawk l-adolexxenti ta’ bejn it-12 u t-18-il sena b’disturb akut tas-saħħa mentali li jkunu ta’ riskju għalihom infushom jew għal oħrajn, u li ma jistgħux jiġu mmaniġġjati b’mod sigur fil-komunità.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Jo Etienne Abela għal mistosija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.