Żewġt irġiel, wieħed min-Niġerja u ieħor mill-Alġerija, ġew kundannati sitt xhur ħabs kull wieħed wara li ammettew li għamlu użu minn dokumenti tal-ivvjaġġar foloz. Fl-ewwel każ in-Niġerjan Joseph Dim ta’ 39 sena, ammetta li għamel użu minn permess ta’ residenza falza Taljana meta kien qed jipprova jitlaq minn Malta biex imur Napli l-Ġimgħa kmieni filgħodu.
Fit-tieni każ, l-Alġerin Gherib Hichem ta’ 39 sena wieġeb ħati li l-Ħamis għamel użu minn karta tal-identità Franċiża falza biex daħal Malta mil-Libja.
L-Ispettur tal-Pulizija Christian Abela qal lill-Maġistrat Astrid May Grima li ż-żewġt irġiel ikkoperaw mal-Pulizija u tawhom informazzjoni importanti.
L-Avukat Julia Micallef Straface rrappreżentat lil Dim, filwaqt li l-avukat Mark Anthony Mifsud Cutajar deher għal Hichem.
//= $special ?>