Żewġt irġiel ġew akkużati bi vjolenza domestika f’żewġ akkużi separati. Fl-ewwel każ żagħżugħ ta’ 23 sena ta’ nazzjonalità Tuneżina, li jgħix San Pawl il-Baħar, ġie akkużata li fid-19 ta’ Frar għall-ħabta tas-7pm hedded u weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu fl-appartament tiegħu u li kkaġunalha biża’ minnu. Huwa wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat.
Fit-tieni każ, raġel ta’ 51 sena mill-Gudja, kien mixli li hedded, aggredixxa u weġġa’ ħafif lil martu u li kkaġunalha biża’ bejn l-14 u d-19 ta’ Frar. Huwa wkoll wieġeb mhux ħati u ġie miċħud ukoll il-ħelsien mill-arrest.
L-ismijiet mhux qed jiġu ppubblikati biex jipproteġu lill-vittmi. Il-Maġistrat Astrid May Grima ppresediet il-kawżi.
L-Ispettur Antonello Magro mexxa l-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat Julia Micallef Strafrace rrappreżentat liż-żewġt irġiel.
//= $special ?>