Xhieda kommoventi ta’ omm imweġġa’ hekk kif omm il-vittma Kurt Grech. Lisa Pace imbikkma qalet lill-ġurati li l-aħħar kliem ta’ binha kienu “Inħobbok” u miet. Ftit qabel seħħ dan kollu l-omm qalet li bdiet tgħajjat, “Qtiltuhuli, Qtiltuhuli”. Missier Kurt Grech, Joseph dlonk weġibha “Ħallih immut”.
Lisa Pace kienet qed tixhed tard il-ġimgħa filgħaxija hekk kif il-ġurati komplew jisimgħu x-xhieda fil-ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, fir-raba jum tal-ġuri fejn Joseph Grech ta’ 61 sena u ibnu Kurt ta’ 31 sena magħruf bħala “in-Nemes”, jinsabu akkużati li qatlu lil Brandon Pace, missier ta’ tlett itfal li kellu 21 sena, u li kien magħruf bħala “Il-Galalli”. Huma qed jiġu mixlija b’seba’ Kapi ta’ akkuża
L-omm il-ħin kollu kommossa waqt ix-xhieda tagħha qalet li t-telefonati li kellha l-eks tfajla ta’ binha ma’ omm Kurt Grech kienu mimlijin għajjat u tgħajjir. Sostniet li dak inhar semgħet xi ħsejjes fuq barra, u meta ħarġet mill-gallarija biex tittawwal rat żewġ karozzi pparkjati fin-nofs u lil akkużati Kurt Grech, missieru Joseph flimkien ma’ ommu Anna Maria.
Qalet li il-familja Grech bdiet tistieden lix-xhud u lil Jessica għal ġlied filwaqt li bdew jgħajjruha bil-passat tagħha, għaliex għal xi żmien ix-xhud kienet tabbuża mid-droga. L-omm qalet li Kurt kellu żewġt iskieken f’idu pero f’id Joseph qalet li ma rat xejn.
Qalet li l-missier imbutaha u f’ħin minnhom rat lil Brandon ħiereġ mill-bieb tal-komun tal-blokka b’sikkina. Ix-xhud rrakkuntat li fil-pront tfaċċat bintha Donna, li spiċċat mal-art għaliex provat twaqqaf lil ħuha Brandon.
Hija kompliet tgħid li Joseph u Kurt qabżu fuq binha u rat ħafna demm mal-art u li x’aktarx binha xejjer xi daqqiet ta’ sikkina wkoll. “Meta ibni qam, ma felaħx jimxi u straħ mal-ħajt” .kompliet x-xhud. “Fil-pront rajt li Joseph, idaħħal is-sikkina f’dahar Brandon, u lil ibni jaqa’ mal-art” kompliet tixhed imbikkma.
“Ibni ħares lejja u lejn Jessica, qalli Nhobbok” u miet… xehdet b’leħinha miksur l-omm. Id-difiża f’dan il-ħin talbet lill-Qorti biex tissospendi x-xhieda tal-omm. L-imħallef Consuelo Scerri Herrera talbet lill-ġurati u lix-xhud joħorġu l’barra mill-awla.
Hawn id-difiża nfurmat lill-Qorti, li huma jemmnu li x-xhud qiegħda taħt l-effett tad-droga. Qalet li waqt il-kontro eżami se tkun qed tistaqsi lix-xhud meta ħadet l-aħħar darba d-droga. Iddikjarat ukoll li ser tkun qed tistaqsi wkoll lix-xhud biex tagħmel test tad-droga.
Il-prosekuzzjoni qalet li l-istrateġija tad-difiża m’hi xejn ħlief li jipprovaw iħammġu lix-xhud bil-passat tagħha, din l-istess omm li qatlulha lil binha. Hawn kompliet ix-xhieda ta’ Lisa Pace, omm il-vittma, bil-kontro eżami tad-difiża.
Id-difiża ssuġġeriet li meta Brandon ħareġ mill-bieb tal-blokka, ġera għal fuq Kurt u tah l-ewwel daqqa ta’ sikkina. L-omm ikkonfermat. Ġiet mistoqsija wkoll jekk binha, kellux każijiet oħra l-Qorti dak iż-żmien. Ix-xhud ikkonfermat mill-ġdid u qalet li l-ebda omm ma trid li binha jidħol f’xi argument.
Id-difiża attakkat lix-xhud bil-passat tagħha meta staqsietha, jekk għadiex tabbuża mid-droga, meta ħadet droga l-aħħar u jekk ikkunsmatx droga qabel ġiet tixhed. Il-mara wieġbet li qabel ma ġiet tixhed ma ħaditx droga. Għal mistoqsijiet l-oħra kollha hija għażlet li ma twiġibx. Għada s-Sibt wara xi xhieda qasira se jsir l-aċċess fuq il-post tad-delitt.
Żewġ skieken li intużaw fil-qtil instabu fi sprall – 16-il daqqa li kienu fatali
Żewġ skien ta’ 19-il ċentimetru l-wieħed li kienu bid-demm instabu viċin ir-residenza tal-akkużati ġewwa sprall. Dawn instabu meta l-Pulizija marru biex tagħmel analiżi forensika fuq żewġ karozzi f’Tal-Pietà. Wara li sabu tiċpis kemm fuq il-karozzi u ma’ l-art peress li kien id-dlam il-Pulizija xegħlu ‘torch’ fuq sprall li kien imċappas b’likwidu aħmar u ġo fiħ kien hemm żewġ skieken.
Sadanittant mix-xhieda tat-tobba ħareġ li l-vittma Brandon Pace qala’ xejn inqas minn 16-il daqqa ta’ sikkina li kollha kienu fatali, anke jekk dik li swietlu ħajjitu kienet d-daqqa li nifditlu qalbu. Fil-Qorti ntwerew ritratti xokkanti tas-sura tal-vittma kif kien inqas minn siegħa u nofs li nqatel. Katavru miksi biddemm u ġrieħi ma kullimkien. Intwerew ukoll ritratti tal-akkużati li kellhom ftit ġrieħi li kienu ħfief.
Dan ħareġ mix-xhieda tas-Surġent Clinton Vella, u l-patoloġisti Marie Therese Camilleri Podestà, Sarfraz Ali, u Mario Scerri, hekk kif il-ġurati komplew jisimgħu x-xhieda fil-ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, fir-raba jum tal-ġuri fejn Joseph Grech ta’ 61 sena u ibnu Kurt ta’ 31 sena magħruf bħala “in-Nemes”, jinsabu akkużati li qatlu lil Brandon Pace, missier ta’ tlett itfal li kellu 21 sena, u li kien magħruf bħala “Il-Galalli”. Huma qed jiġu mixlija b’seba’ Kapi ta’ akkuża.
Vella qal li hu kien nominat flimkien ma’ uffiċjal ieħor tal-Pulizija biex imur fi Triq San Girgor, fejn joqgħodu l-akkużati u Triq Santa Monica f’Tal-Pietà biex jagħmlu spezzjoni fuq żewġ vetturi u toroq biex jieħdu kampjuni wkoll ta’ demm li kien ma’ l-art. Huwa ppreżenta żewġ rapporti lill-Qorti.
Tenna li fit-2 ta’ April ġie nominat bħala espert biex jikkunduċi eżamijiet forensiċi. L-ewwel spezzjoni saret fuq Skonda Favorit. B;’dan kollu kienu nfurnati fl-10.40pm u marru u hemm sabu l-karozza fi Triq Santa Monica.
Kienu waslu għall-ħabta tal-11.30pm. Kif waslu l-Pulizija li kien fuq il-post għaddielhom baskett li kellu xi ħwejjeġ b’tiċpis ħamrani. Danw kienu ta’ Kurt Grech l-allegat aggressur. Il-karozza Skoda kellha ammont ta’ demm fuq ġewwa u barra.
Bdew jittieħdu l-kampjun u ta’ ritratti minħabba DNA. Ittieħdu wkoll xi swabs fil-bieba tax-xufier u li stering. Wara saru wkoll xi ‘fiber tapings li huwa’ tape li jaqbad mas-seat u li bih jiġbru xi oġġetti bħal xagħar għal fini ta’ DNA.
Huma kienu lestew għall-ħabta tan-12.30am.u nfurmaw lill-Pulizija biex iġibu ‘low loader’ ħalli l-karozza tittieħed il-laboratorju għal aktar stħarriġ. Jumejn wara fl-10 am, iffotografaw il-ħwejjeġ kollha li kien għaddielhom il-Pulizija jumejn qabel fuq il-post.
Dan kienu jinkludu xugaman, flokk abjad, biċċa li kienu kollha bid-demm. Wara komplew ifittxu f’ li Skoda Favorit u hemm sabu baskett kanella, qalziet blu, żewġ flokkijiet kollha bit-tiċpis ħamrani. Huma kienu rrilaxxaw il-vettura.
Vella qal li huwa kien qed jaħdem flimkien mas-Surġent Darren Debattista u fl-10 ta’ April għaddew id-dokumenti lil espert Marisa Cassar għal aktar stħarriġ. Tenna li kienu mitluba wkoll jagħmlu xi xogħol fuq karozza Peugeot.
F’dan il-ħin il-ġurati bdew jintwerew ritratti tal-vettura li sar ix-xogħol fuqha. Tenna li fit-3 ta’ April kienu ndikati karozza Peugeot 106, u kinu murija residenza bl-isem ta’ Joan. Hemm kien hemm tiċpis mal-ħajt iżjed l-isfel minn fejn kienet il-karozza
Huma marru hemm fis-1.30am. fejn preżenti kien hemm L-Ispettur Charlo Gauci u Surġent mill-Għassa Ħamrun. Din il-karozza kellha wkol tiċpis li dan kien anke mal-art u mal-ħajt. Bdew isegwu d-demm li wasal sa sprall.
Fuq l-isprall xegħlu ‘torch’ biex jaraw aħjar. Dan kien bid-demm u ġewwa fih kien hemm żewġ skiekin, waħda safra u oħra sewda, li kienu wkoll imċappsin bid-demm. Dan kien kantuniera ma’ Triq K. Mifsud, u li dan wassal biex jifhmu li dawn is-skieken kellhom konnessjoni mal-qtil ta’ Brandon Pace. Hemm inġabru wkoll xi kampjuni ta’ tiċpis tad-demm.
Ittieħu wkoll swabs minn mal-ħajt u t-triq u tal-isprall u ġew elevati s-skieken ta’ 19-il ċentimentru. Kien hemm ukoll tissue paper fuq l-isprall li kienet ukoll bid-demm. Meta dawn kienu elevati bdew ix-xogħol fil-fond Joan mal-faċċata u fuq il-karozza.
Ġiet elevatat ingwanta tal-plastik li kiednet imqatta f’bixtejn. Kien hemm ammont ta’ nida u l-biża kienet li tintilef l-evidenza. Il-Peugeot ittieħdet fil-laboratju u misjuqa lejn id-Depot. Ix-xhud qal li din ma tgħabbitx fuq ‘low loader’ għax kellhom wieħed u ma ntużaw l-istess ‘low loader’ li ntuża għall-karozza l-oħra biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni.
Is-Surġent qal li fit-03 ta’ April, fil-ħin ta’ wara nofs inhar marru fuq il-post tar-residenza Joan biex jaraw ġewwa, Innutaw li fil-kċina kien hemm ammont ta’ tiċpis, fosthom mal-bank kċina. Kien hemm ukoll tiċpis fil-kuridur li jagħti għal kamra tal-banju.
Tenna li hu u l-kollega ħadu xi ritratti tal-fond, Wara li lestew dan ix-xogħol marru d-depot u saru eżamijiet fuq il-Peugeot fejn kienu meħuda s-swabs kollha fejn prattikament sar l-istess= xogħol li sar fuq li Skoda.
Ittieħdu wkoll xi ritratt ta’ Triq San Girgor Pietà u saru swabs fuq is-skieken. Għall-ħabta tas-7.20pm ġew infurmatu mis-CID li kienu għamlu xi tfittxiija fil-fond Joan u li fil-kexxun tal-kċina instabu żewġ slkieken li jixħbu lil dawk misjuba ġewwa l-isprall. Dawn ġew elevati u wara x-xhud u l-kollega marru fir-residenza Joan fejn il-Pulizija indikawlhom il-post fejn instabu dawn is-skiken.
Hemm kuntistabbli għaddielhom xi ħwejjeġ li kien liebes Joseph Grech fil-ħin tal-omiċidju. Dawn kienu jinkludu ‘Hoodie’ sewda, jeans u par żarbun li kienu bit-tiċpis. Is-Surġent Clinton Vella temm ix-xhieda tiegħu billi qal li fl-10 ta’ April u għaddew l-oġġetti kollha lill-espert Marisa Cassar għal fini ta’ DNA.
Il-vittma kien miksi bid-demm b’feriti gravi
Wara xehdu t-Tobba Marie Therese Camilleri Podestà u Sarfraz Ali, li wettqu l-awtopsja fuq il-katavru ta’ Brandon Pace li qalu li miet minħabba numru ta’ daqqiet ta’ sikkina li qala’. Qalu wkoll li fuq il-ġisem ta’ Pace instabu madwar 16-il ferita, b’daqsijiet u fond differenti. Il-feriti gravi kienu f’sidru, spallejh, ġenbu, kuxtejh u daru. Xehdu li ż-żewġ daqqiet fatali kienu dik tas-sider u tad-dahar, li finalment ippenetraw il-qalb.
It-Tabib tal-mediċina foresika maħtur mill-Qorti, Mario Scerri xehed li meta mar fuq il-post sabiex jeżamina lill-vittma ma kienx ilu aktar minn siegħa u nofs mejjet. Huwa mar fi Triq Giovanni Barbara. fis-9.15pm dak inhar tal-inċident.
Tenna li fil-komun kien hemm katavru mgħotti b’liżar abjad, madwaru kien hemm għadira demm u ħafna tiċpis. Kien hemm ukoll tiċpis mal-bieb ta’ barra iżda fuq in-naħa ta’ ġewwa, ħdejn il-katavru kien hemm qtar demm.
Hekk kif bdew jintwerew ir-ritratti fuq dak li kien qed jixhed qal li hu kixef il-kadavru li kien miksi bid-demm. Tenna li d-dehra tiegħu uriet biċ-ċar li l-vittma nqatel bi strument li jaqta’ u bil-ponta. Huwa kien wiċċu l-fuq u fuq sidru dehru leżjonijiet penetranti.
Tenna li eżamina lill-akkużat Kurt Grech li fuq il-lemin ta’ sidru kellu ġerħa mhux fonda. Raha wkoll Donna Pace – oħt Brandon Pace li dak inhar kien ħassa ħażin u bdiet taġixxi b’mod isteriku. Qal ukoll li fl-Isptar Mater Dei, eżamina lil Jessica Bilocca, it-tfajla li kellu Pace. Qal li Bilocca kellha leżjoni f’idha kkawżata minn arma taqta u bil-ponta fuq idha. kellha wkoll żewġ daqqiet oħra f’sieqha.
Dwar Kurt Grech qal li kellu daqqa ta’ sikkina waħda taħt sidru u sostna illi kieku din kienet fonda, setgħet tolqotlu kilwa. Eżamina wkoll lil missieru, Joseph Zahra kellu daqqa ta’ sikkina taħt għonqu u oħra f’siequ. Dwar Lisa Pace, omm Brandon Pace qal li ma kellha l-ebda leżjonijiet.
Fil-kontro eżami, ħareġ li l-vittma sarulu xi testijiet sabiex jiġi stabbilit jekk kienx għamel użu mid-droga qabel l-argument. Irriżulta li fid-demm, Pace kellu ammont qawwi ta’ kokaina. Minn naħa l-oħra, t-testijiet li saru fuq l-akkużati, irriżultaw li t-tnejn kienu kkunsmaw ammont sostanzjali ta’ alkoħol.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Kevin Valletta u Kaylie Bonett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali; l-akkużati qed jiddefenduhom l-Avukati Roberto Montalto, Edward Gatt u Kathleen Grima, filwaqt li l-Avukati Ishmael Psaila u Rachel Tua qed jidhru għall-familja tal-vittma.
//= $special ?>