Riżultat negattiv ieħor għal Manchester United hekk kif temmew fi draw ta’ 2-2. Ir-Red Devils dawru l-iskor hekk kif fl-ewwel taqsima spiċċaw b’żewġ gowls minn taħt. Fid-19-il minuta Beto fetaħ l-iskor għat-Toffees minn assist ta’ Doucoure bir-ras.
L-istess Doucoure irdoppja l-iskor fit-33 minuta.
Manchester Untied skorjaw gowl lura fit-72 minuta permezz ta’ Bruno Fernandes, segwit minn gowl ta’ Ugarte ftit minuti wara biex għamel l-iskor indaqs.
Arsenal ġew megħluba minn West Ham United bl-iskor minimu ta’ 1-0 fl-Emirates Stadium. Il-gowl tar-rebħa wasal minn gowl ta’ Bowen mill-assist ta’ Wan Bissaka. L-isfortuna ta’ Arsenal kompliet tikber meta ż-żagħżugħ Lewis Skelly intwera l-karta ħamra fit-73 minuta. Telfa diżappuntanti għall-Gunners li setgħu jagħlqu d-distakk minn ma’ Liverpool f’ras il-klassifika.
Brighton kisbu rebħa tajba ħafna min Southampton bl-iskor finali jkun 4-0. Fit-23 minuta Joao Pedro fetaħ l-iskor, bis-Seagulls jistennew sat-tieni taqsima biex jirdoppjaw permezz ta’ Rutter fis-56 minuta.
Fil-71 minuta Mitoma għamel l-iskor 3-0 mis-suġġeriment ta’ Pedro. L-aħħar gowl jasa minn Hinshelwood fit-82 minuta.
Wolves kisbu rebħa minima fuq Bournemouth ta’ 1-0, bil-Wanderers jidru skwadra totament differenti mill-bidu tal-istaġun taħt it-tmexxija ta’ Vitor Perreira. Bournemouth b’żvantaġġ enormi hekk kif L-Ukren Zabarnyi ntwera l-karta ħamra diretta fi-31 minuta. Ftit minuti wara Matheus Cunha skorja l-uniku gowl tal-partita.
Crystal Palace rritornaw għar-rebħ hekk kif għelbu il Fuham 2-0. Palace fetħu l-iskor fis-37 minuta meta l-eks Palace Joachim Andersen skorja fix-xibka tiegħu stess. Jean Philippe Mateta ħaseb li rdoppja l-iskor fil-55 minuta pero l-gowl tħassar wara konsultazzjoni tal-VAR. 11-il minuta wara Munoz skorja gowl validu għal-Palace.
Tottenham Hotspur kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva, hekk kif għelbu il Ipswich Town bl-iskor finai 4-1. Brennan Johnson skorja dopjetta fl-ewwel taqsima, b’ Hutchinson jnaqqas l-iskor għall-Ipswich.
Djed Spence u Dejan Kulusevski skorjaw żewġ gowls oħra fit-tieni taqsima.
Aston Villa kisbu riżultat kbir ieħor dan hekk kif ftit t’ijiem wara li żammew lil Liverpool fi draw ta’ 2-2, ilbieraħ għelbu lil Chelsea 2-1 f’Villa Park.
Il-Blues ħadu l-vantaġġ permezz ta’ Enzo Fernandez wara 9 minuti logħob.
Fit-tieni taqsima, is-suq tat-transferimenti ta’ Jannar were kemm kien tajjeb minn naħa tal-Villians hekk kif Marco Asensio skorja dopjetta, l-ewwel żewġ gowls tiegħu mal-klabb hekk kif ingħaqad b’self minn PSG f’Jannar li għadda, b’Marcus Rashford propju jagħti żewġ assists ukoll, bl-Ingliż jingħaqad mal-Villians f’Jannar ukoll b’self minn Manchester United.
//= $special ?>