L-elezzjoni federali tal-Ġermanja fit-23 ta’ Frar, mistennija ġġib bidliet politiċi kbar wara l-kollass tal-gvern ta’ koalizzjoni tal-Kanċillier Olaf Scholz.
Ġlidiet ekonomiċi, nuqqasijiet fil-baġit, u nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-pubbliku li qed jikber sawru l-kampanji elettorali, b’konsegwenza li din l-elezzjoni qed tissejjaħ bħala l-aktar imprevedibbli f’dawn l-aħħar snin.
L-partit tas-CDU taċ-ċentru lemin, immexxi minn Friedrich Merz, bħalissa jinsab minn ta’ quddiem fis-sondaġġi ta’ qabel l-elezzjoni b’appoġġ ta’ madwar 30% filwaqt li l-partit tal-AfD tal-lemin estrem żdied għal madwar 20%, u b’hekk immarka l-ogħla numri tal-votazzjoni li qatt kiseb.
Intant, l-SPD qed jissielet għal madwar 15%, u jikkompeti mill-qrib mal-partit tal-Ħodor għat-tielet post fejn ħafna nies jinsabu imħassba wara din il-bidla fis-sentiment tal-votanti hekk kif qed tenfasizza polarizzazzjoni politika li dejjem qed tikber fil-Ġermanja.
Kwistjonijiet ewlenin tal-elezzjoni jinkludu l-immigrazzjoni, l-istaġnar ekonomiku, u l-kriminalità. Il-kooperazzjoni kontroversjali tas-CDU mal-AfD dwar mozzjoni relatata mal-immigrazzjoni qanqlet dibattiti, filwaqt li t-tħassib ekonomiku jiffoka fuq ir-riforma tal-politika stretta tal-Ġermanja dwar dak li ġie imsejjaħ bħala il-“brejk tad-dejn”.
Iż-żieda fir-rati tal-kriminalità u t-tħassib dwar is-sigurtà kellhom ukoll rwol sinifikanti fit-tiswir tal-preferenzi tal-votanti.
Il-formazzjoni ta’ gvern se teħtieġ negozjati ta’ koalizzjoni, peress li l-ebda partit mhu mistenni li jirbaħ maġġoranza.
Is-CDU tista’ tfittex alleanzi mal-SPD jew mal-Ħodor, filwaqt li partiti oħra eskludew li jaħdmu mal-AfD minkejja l-votazzjoni qawwija tagħha. Partiti iżgħar bħall-FDP, Die Linke, u BSW jistgħu wkoll ikollhom rwol ewlieni jekk jaqsmu l-limitu ta’ 5% għar-rappreżentanza tal-Bundestag.
Ir-riżultat tal-elezzjoni se jiddetermina l-gvern li jmiss tal-Ġermanja u jinfluwenza l-politika ekonomika tagħha, il-liġijiet tal-immigrazzjoni, u r-rwol fi ħdan l-Unjoni Ewropeja.
Elezzjoni kruċjali għall-Ewropa kollha
