Andrè Muscat
SLIEMA WANDERERS………….. 1
FLORIANA…………………………… 2
Sliema Wanderers: K. Emeka, J. Borg, V. Plut (K. Nwoko 82’), M. Beerman, G. Alcino, W. Matos Da Silva, T. Kikabidze (A. Magri Overend 46’), H. Murilo, S. Zibo (E. Acheampong 46’), S. Pisani (N. Frendo 75’), A. Awad (E. Agius 89’)
Floriana: H. Christoffer, O. El Hasni, J. Grech (A. Cardozo 65’), Z. Scerri, E. Portocarrero (E. Mashike 65’), MN. Garcia, C. Zammit Lonardelli, J. Gamarra, F. Sasere, A. Kouro (F. Gomes 86’), C. Guy
Skorjaw: MN. Garcia 8’ (FL), V. Plut 51’ (SW), A. Cardozo 90+3’ (F)
Imwissija: H. Murilo 13’, 22’ (SW), A. Awad 21’ (SW), O. El Hasni 40’ (F), J. Borg 48’ (SW), J. Gamarra 60’ (F), Z. Scerri 79’ (F), C. Guy 90+1’ (F), A. Cardozo 90+3’ (F)
Tkeċċa: H. Murilo 22’ (SW)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Duncan Spencer u Vasil Vasilev
360 Sports Plejer tal-Logħba: Vito Plut (Sliema Wanderers)
Il-Mument Plejer tal-logħba: Matias Nicolas Garcia (Floriana)
Floriana kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1 kontra Sliema Wanderers fl-Istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, b’gowl fit-93 minuta li tahom il-punti massimi f’dan il-konfront tal-ġimgħa.
Il-partita bdiet bil-capitan tal-Greens, Jake Grech, jagħti freekick mil-lemin, il-ballun jasal għand Serge Guy li bl-akrobazija tiegħu jgħaddi l-ballun lejn Matias Garcia li ma jiżbaljax u jitfa’ fil-lasta ta’ Sliema.
L-ewwel azzjoni għal Sliema waslet fid-19-il minuta meta Zibo qassam ballun fit-tul lejn Steven Pisani, iżda l-attakkant tal-Blues imattar saqajh u l-ballun għadda għoli mil-lasta ta’ Floriana.
Sliema żidu l-piż fuqhom meta l-Brażiljan Murilo rċieva t-tieni karta safra għall-foul f’nofs il-grawnd fuq Jake Grech, li sforza lis-Sliema jkomplu l-logħba bi plejer inqas.
Azzjoni għal Sliema fit-28 minuta, ikun Plut ta’ Sliema li minn cross ta’ Kikabidze bl-attakkant tal-Blues jitfa’ għoli mil-lasta ta’ Floriana.
Fl-ewwel taqsima, Floriana daħlu jistrieħu b’vantaġġ minimu ta’ 1-0.
Fit-tieni taqsima, Floriana kienu fil-viċin li jiksbu gowl ieħor, iżda Garcia missja x-xutt wara cross ta’ Zammit Lonardelli mill-lemin. Fil-51 minuta, Sliema kisbu d-draw, meta Plut irċieva mil-lemin biex tefa’ l-ballun fix-xibka wara cross minn Wescley.
Floriana kienu viċin li jerġgħu jmorru fil-vantaġġ b’xutt lil hinn mil-lasti mill-plejer Sasere fit-62 minuta. Cardozo ta’ Floriana jerġa’ jkun viċin li jiskorja fid-69 minuta. Fit-88 minuta, Sliema ppruvaw imorru fil-vantaġġ, iżda header ta’ Wescley minn cross ta’ Awad għadda għoli.
Fil-93 minuta, Floriana reġgħu kisbu l-vantaġġ b’gowl minn Sotomayor, li l-ballun jasal fuq rasu minn clearing ħażin ta’ Alcino bil-plejer Furjaniż jitfa’ b’lob fix-xibka.
Ir-referee Philip Farrugia żied erba’ minuti, u fit-tisfira finali, Floriana ħarġu mill-ground bil-punti massimi minn fuq Sliema.
Din ir-rebħa wasslet lil Floriana għall-ewwel post b’mod temporanju b’14-il punt, waqt li Sliema baqgħu b’9 punti fil-klassifika tal-Kampjonat Premier.
//= $special ?>