Futbol Sport

Ħamrun Spartans jibqgħu jissieltu għall-ewwel post b’rebħa fuq Balzan

(Ritratt: Joseph Galea)

ĦAMRUN SPARTANS…………….1

BALZAN………………………………0

Ħamrun S: H.Bonello, S.Xerri, L.Montebello, T.Barboza (M.Redon 79’), J.Mbong, E.Freitas Da Silva, J.Cadenovic ( Eder 83’ ) , M.Barbosa da Rocha( S.Borg 83’ ) , E.Marcellina, R.Camenzuli, R.Lopes Silva ( C.Menancho 71’)

Balzan : D.Golovic, S.Arab, N.Pulis, J.Busutill ( J.Grech 85’) , D.Awosanya Oluwatobiloba (L.Jankovic 81’)  , B.Stanic Henru , L.Lukovic, V.Blasco Llorens, R.Da silva Floro, M.Bacanin, E.Kamsoba (B.Hili 73’ )

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: Roberto Vella u Jareth Grima

Ħamrun Spartans kisbu rebħa important biex jibqgħu jissieltu għall-kampjonat hekk kif għelbu lil Balzan bl-iskor minimum ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa wasal ftit wara s-siegħa logħob meta l-attakkant Internazzjonali Malti Luke Montebello kien preċiż b’xutt tajjeb minn quddiem il-goalkeeper, bil-goalkeeper Golovic ma seta jagħmel xejn biex iwaqqaf il-ballun milli jsib ix-xibka.

Raphael Lopes jipprova jaqbeż żewġ plejers ta’ Balzan (Ritratt: Joseph Galea)

Ryan Camenzuli jikkrosja l-ballun mix-xellug (Ritratt: Joseph Galea)