Lokali

“Id-demm li tagħti llum jaf tiġi bżonnu għada”

“Li ssalva ħajja, hija xi ħaġa mpekkabbli”.

Kien dan li stqarr Joe Chetcuti, preżentatur ta’ NetFM, illi ta’ kull sena jiġbor id-delettanti tal-festi ta’ pajjiżna flimkien mal-midja tal-Partit Nazzjonalista u anke deputati Parlamentari, sabiex jagħtu d-demm.

F’kummenti li ta lil NetNews, Joe Chetcuti spjega li din l-inizjattiva daħlet fil-ħames sena tagħha…filwaqt li qed ifakkar l-24 sena mill-bidu tal-programm tiegħu Marċi u Bandalori.

NetNews tkellem mac-Chairman ta’ NetMedia Michael Piccinino, li spjegalna li huwa ta’ unur li NetMedia ikollha ċ-ċans li tagħti lura lis-soċjetà.

Minn naħa tiegħu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, spjega li kollox jiddependi fuq min jiġi u jagħti d-demm, filwaqt li spjega wkoll li d-demm li tagtħi llum, huwa d-demm li jaf tiġi bżonn għada.

U huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista huwa impenjat sabiex jgħin lil dawk ta’ madwaru.

Din l-inizjattiva li issa daħlet fil-ħames sena tagħha, fejn preżenti jkunu każini, baned u għaqdiet tan-nar fost l-oħrajn, b’din is-sena jkunu aktar minn 50 persuna li taw id-demm matul il-ġurnata tas-Sibt.