Lokali

Organizzata l-Laqgħa Ġenerali Annwali mill-Kamra tan-Negozju għal Għawdex

Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex (GBC) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali (AGM)
tagħha nhar il-Ħamis, 20 ta’ Frar 2025, fil-Kampus tal-Queen Mary University of London Malta,
ġewwa Victoria, Għawdex.
Il-laqgħa nfetħet b’introduzzjoni mill-Kap Eżekuttiv tal-GBC, Daniel Borg, li tkellem dwar diversi
temi fosthom l-awtonomija reġjonali, il-governanza nazzjonali, il-25 sena ta’ ħidma tal-Kamra,
u l-attivitajiet li wettqet matul l-aħħar sena. Huwa enfasizza r-rwol tal-Kamra biex id-dibattitu

fuq il-governanza nazzjonali jerġa’ jakkwista ċ-ċentralita’ tiegħu. Filwaqt li l-attenzjoni tal-
Kamra se tibqa’ iffukata fuq l-awtonomija reġjonali – billi governanza reġjonali b’saħħitha

twassal għal leħen aktar b’saħħtu għal Għawdex fuq livell nazzjonali – huwa saħaq ukoll fuq l-
importanza ta’ qafas ta’ governanza nazzjonali li jkun trasparenti, ġust, u ekwu. Dan, żied

jgħid, huwa kruċjali f’xenarju internazzjonali dejjem aktar kumpless, li jaffettwa wkoll lin-negozji
Għawdxin.

Matul l-AGM, ġew ippreżentati wkoll ir-rapport finanzjarju u amministrattiv tal-Kamra tan-
Negozju għal Għawdex.

Wieħed mill-punti ewlenin tal-AGM kien il-preżentazzjoni ta’ Noel Formosa bit-titlu ‘Ir-
Reġjonalità ta’ Għawdex: Il-Perspettivi u l-Opportunitajiet tal-Għawdxin’, li esplorat l-
importanza tal-awtonomija reġjonali għal Għawdex. Matul l-AGM intervjena ukoll Alex Borg, Kelliem għall-Oppożizzjoni dwar Għawdex.

Il-President tal-GBC, Michael Galea, għalaq il-laqgħa b’diskors li ta ħarsa ġenerali lejn l-isfidi
u l-opportunitajiet għal Għawdex. Waħda mill-isfidi ewlenin għall-gżira hija d-diversifikazzjoni
tal-ekonomija ta’ Għawdex. F’dan il-kuntest setturi bħad-diġitalizzazzjoni, l-ekonomija ħadra,
u l-edukazzjoni joffru potenzjal konsiderevoli. Huwa saħaq ukoll fuq il-bżonn ta’ investiment
f’proġetti infrastrutturali bħall-isptar il-ġdid u l-estensjoni tal-port tal-Imġarr, li saru meħtieġa
fid-dawl ta’ popolazzjoni akbar u l-fluss kontinwu ta’ traffiku bejn iż-żewġ gżejjer.

Fir-rigward tal-futur, huwa semma kif, minħabba d-dipendenza ta’ Għawdex fuq is-settur tat-
trasport, il-proġett ta’ ċentru loġistiku jippreżenta diversi opportunitajiet għal tkabbir ekonomiku

sostenibbli. F’dan il-kuntest, id-dibattitu dwar l-awtonomija reġjonali jibqa’ ta’ importanza

fundamentali, peress li permezz ta’ iktar awtonomija reġjonali Għawdex ikun jista’ jiddeċiedi l-
prijoritajiet ekonomiċi tiegħu.

B’konklużjoni, huwa enfasizza kif il-viżjoni u l-istrateġija tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex
għandha dejjem tirrifletti l-aspirazzjonijiet tal-membri tagħha.