Sport Sport Ieħor

Pool, Squash u Taekwondo fi SportExtra

Għada fuq NET Television mill-4.10 pm ‘l quddiem jixxandar it-tmintax il- programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-ewwel programm enfażi dwar il-Kampjonati tal-Ewropa organizzati mill-Malta Pool Association b’intervista mas-Segretarju Ġenerali VINCENT DEGIORGIO. Fl-ewwel parti mistieden wkoll IVAN BALZAN, direttur Tekniku ta’ Malta Squash Association b’rabta mal-impenji internazzjonali u l-Kampjonati tal-Ewropa u l-Malta Open taż-żgħażagħ li se jkunu organizzati hawn Malta.

Fit-tieni parti tal-programm intervista esklussiva għal SPORT EXTRA ma’ DR.REZA ZADEH MOHAMMAD wieħed mill-figuri ewlenin fid-dinja tat-Taekwondo li ta’ 80 sena għadu attiv fit-taekwondo internazzjonali.

SPORT EXTRA għandu lil Antoine Farrugia Lauri bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Matthew Tabone .