Sport Waterpolo

Rebħiet għal Ta’ Xbiex u Exiles… għall-ewwel darba logħba kkontrollata minn delegat u żewġ referees nisa

Mix-xellug: Debbie Tully, Rita Azzopardi u Juana Cauchi

TA’ XBIEX AMIGOS………… 9

MARSAXLOKK MFF……….. 8

(1-3), (3-0), (3-2), (2-3)

Wara li għelbu lil Otters Nivea bl-għoti tal-penalties fost il-ġimgħa, Ta’ Xbiex temmew il-ġimgħa b’suċċess b’rebħa oħra din id-darba kontra Marsaxlokk MFF. Konfront bilanċjat li baqa’ missielet sal-aħħar b’Marsaxlokk pattew qares għal mumenti ta’ disattenzjoni fit-tieni sessjoni.

Julian Farrugia fetaħ l-iskor għal Ta’ Xbiex iżda Marsaxlokk wettqu reazzjoni u dawru r-riżultat bi tliet gowls konsekuttivi sa tmiem l-ewwel sessjoni b’doppjetta ta’ Russel Spiteri u gowl ta’ Benji Lewis. Risposta immedjata ta’ Ta’ Xbiex fit-tieni sessjoni hekk kif reġgħu ħadu kontroll tal-logħba.

Il-gowls ta’ Ayrton Camenzuli u Jack Zammit fl-ewwel parti tat-tielet sessjoni, dehru li setgħu jġibu ftit kumdità fit-tim ta’ Ta’ Xbiex, iżda Marsaxlokk reġgħu daħlu fil-logħba u baqgħu b’ċans sal-aħħar sekondi. Bl-aħħar sessjoni tibda 7-5, Marsaxlokk naqqsu d-distakk għal gowl fi tliet okkażjonijiet iżda ma għamlux biżżejjed biex jevitaw it-telfa.

Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia (2), A. Camenzuli (2), L. Grech Carr, A. Formosa, C. Busuttil (1), F. Scardino, J. Zammit (1), N. Bonavia (1), J. Culic (2), Z. Bartolo, T.J. Mifsud, A. Theuma, S. van Wyk

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (3), A. Buhagiar, A. Aquilina, K. Dowling, L. Montebello Brownrigg, R. Spiteri (2), J. Pawley, R. Galea, B. Lewis (3), J. Cauchi, Z. Cutajar Licari, M. Brimmer

Referees: Ronnie Spiteri, Richard Magri

EXILES WELBEE’S……….. 16

BARRACUDAS…………….. 10

(3-1), (3-4), (3-2), (7-3)

Exiles Welbee’s baqgħu punti massimi fl-Ewwel Diviżjoni b’rebħa kontra Barracudas li mmaturat fl-aħħar sessjoni. Barracudas offrew sfida denja iżda l-għajja fit-tim fl-aħħar parti tal-logħba u żbalji individwali li setgħu ġew evitati, kienu determinanti. Fatt interessanti hu li din kienet l-ewwel logħba tal-irġiel li ġiet ikkontrollata minn żewġ referees nisa flimkien mad-Delegat tal-logħba Rita Azzopardi.

Wara li Keith Tanti poġġa lil Exiles 2-0 minn fuq, it-tim ta’ Niki Lanzon żamm il-vantaġġ doppju fit-tieni sessjoni sakemm gowls minn Marco Seminara, Simon Apap u Andrew Magri dawru r-riżultat għal 5-4 favur Barracudas. Madankollu żewġ gowls qabel tmiem is-sessjoni, daħħlu lil Exiles gowl vantaġġ.

Barracudas reġgħu ħadu gowl vantaġġ fit-tielet sessjoni sakemm doppjetta tal-captain Kurt Griscti u gowl ta’ Giancarlo Gatt poġġew lil Exiles 9-7. Huma aċċertaw mir-rebħa fl-ewwel mumenti tal-aħħar sessjoni u minn hemm ikkontrollaw sat-tmiem.

Exiles: A. Borg Cole, Z. Micallef (1), D. Pace Lupi (1), M. Martellacci, G. Gatt (4), K. Griscti (2), L. Hyzler (1), K. Tanti (4), M. Paris Roding, L. Felice (2), G. Galea Curmi, M. Naudi (1)

Barracudas: A. Micallef, L. Calleja, A. Magri (3), P. Micallef, W. Ruggier (1), B. Bugeja Tate, N. Farrugia, J. Schembri Young (1), S. Apap (1), G. Massa (1), L. Pursehouse, M. Seminara (3), L. Bowman, M. Abdilla

Referees: Juana Cauchi, Debbie Tully

Kif Jinsabu

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Exiles330043199
Ta’ Xbiex311122325
Otters211020124
Marsaxlokk310221273
Marsaskala210125193
Barracudas300324460
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 28 ta’ Frar

Kampjonat Premier: Sliema v Valletta 6.00pm, Birżebbuġa v Sirens 7.10pm

Is-Sibt 1 ta’ Marzu

Kampjonat Premier: San Ġiljan v Neptunes 4.00pm