Lokali

10 persuni miżmuma b’rabta ma’ immigrazzjoni rregolari f’Marsaxlokk

Il-Ħadd filgħodu, waqt spezzjonijiet li saru bejn il-Pulizija u l-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari f’Marsaxlokk, ġew miżmuma 10 persuni li ma kellhomx d-dokumenti neċessarji biex jgħixu legalment f’Malta.

In-nazzjonalitajiet tal-individwi huma mill-Benin, min-Niġerja, minn Burkino Faso u mill-Gambja.

Il-persuni kollha ttieħdu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni sakemm jitlesta l-proċess ta’ ritorn tagħhom.