Waqt li ċ-ċekkijiet huma tajbin, hemm bżonn aktar, għandna wkoll bżonn li kun hemm poltika kollettiva u mhux individwalista.
Dan intqal minn Noel Camilleri President tal-għaqda kazin tal-banda, waqt attivita politika li għamel il-Partit Laburista f’Dar il-Meditteran.
Dan filwaqt li Noel Camilleri elenka wkoll il-fatt li l-festi f’pajjiżna “m’għadhomx nodfa”, fejn għalkemm ma qalhiex bil-kliem, ta x’jifhem li qed jirreferi għad-droga.
Waqt din l-attivta kulturali, ħafna mill-kelliema tkellmu dwar il-lingwa Maltija, il-festi, il-Karnival u s-serje televiżivi fost oħrajn… u interessanti l-fatt li fl-ebda ħin ma tfaċċa l-Kumissarju tal-Films.
Dan wara snin ta’ Gvern Laburista jisħaq li l-Kummissajru Johann Grech qed jaħdem kemm jista’ biex jimpromwovi l-kultura ta’ pajjiżna biex jinġibu iktar films f’pajjiżna.
Madanakollu, dan in-nuqqas ma kienx ta’ sorpriża hekk kif investigazzjoni li għamel l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar il-governanza tal-Kummissarju ta-Films, tal-Malta Film Week u tal-Malta Film Awards sabet nuqqas fil-governanza, fit-trasparenza u fid-dokumentazzjoni bankarji fl-operat involut.
Dan filwaqt li dawn in-nuqqasijiet wasslu biex l-NAO ma jistabbilix jekk kienx hemm valur ta’ flus fil-Malta Film Week fost oħrjajn li sewa 1.3 miljun.