Futbol Sport

Hibernians jegħlbu lil Mosta

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Andrè Muscat

HIBERNIANS………….. 2

MOSTA………. 0

Hibernians: P. Sanchez, H. Silas (S. Sorokin 68’), K. Shaw, L. Lapert, R. Fraga, B. Kristensen, D. Xuereb (J. Portelli 90’), B. Fragoso, F. Falcone (I. Chukunyere 77’), B. De Souza (M. Ellul 68’), I. Apostolos

Mosta: J. Demba. M. Bolanos, S. Cachia, J. Arthur (E. Chukwuemeka 46’), S. Kone (S. Salomo 69’), G. Goncalves, C. Failla, G. Sciberras (N. Agius 69’), S. Chiemezie (J. Agyemang 76’), V. De Souza (J. Scerri 46’), K. Lampsias

Skorjaw: L. Lapert 16’, 55’ (H)

Imwissija: J. Arthur 30’ (M), D. Xuereb 38’ (H), F. Falcone 42’ (H), M. Ellul 76’ (H)

Referee: Slobodan Petrovic

Assistenti Referees: Duncan Sultana u Robert Curtis

360 Sports Plejer tal-Logħba: Lucas Villela Lapert (H)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Lucas Villela Lapert (H)

Fit-Tony Bezzina Stadium ġewwa Kordin fl-ewwel konfront tal-ġurnata bejn Hibernians kontra Mosta, kienu tal-Pagun li b’rebħa ta’ 2-0 fuq il-Mostin li ħarġu mill-grawnd bil-punti massimi.

Hibernians jiftħu fuq l-offensiva u fit-8 minuta tasal l-ewwel azzjoni tagħhom u fil- partita inġenerali, ikun Federico Falcone li mill-lemin jixħet cross fuq it-tieni lasta lejn Lucas Lapert, bil-Brażiljan minn posiżżjoni angolata jfajjar xutt, bil-goalkeeper Mosti jintelaq minn tulu u jsalva b’diffikulta.

Mal-kwarta logħob Hibernians jiftħu l-iskor, mill-lemin kien Dexter Xuereb li jitfa’ cross lejn Lucas Lapert, bil-plejer bin-numru sebgħa issikat mid-difensur Mosti jagħmel finta biex seta’ jdur mal-istess difensur, u minn quddiem il-goalkeeper Demba ma jfallix li jitfa’ l-ballun fix-xibka u lit-tim ta’ Raħal Ġdid fil-vantaġġ.

F’taqsima nieqsa mill-azzjonijiet bil-Hibernians xi ftit aħjar mit-tim Mosti, bir-referee Petrovic jagħti żewġ minuti żejda fuq il-ħin regolamentari mat-tisfira ta’ tmiem l-ewwel taqsima jkunu tal-pagun li daħlu jistrieħu b’vantaġġ minimu ta’ 1-0.

L-Mostin ħarġu jfitxu l-gowl tad-draw u fil-50 minuta ħarba b’azzjoni personali mill-plejer Mosti Goncalves, biex minn barra l-kaxxa l-kbira prova xutt bil-ballun spiċċa ftit barra.

Għaxar minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima kien cross mix-xellug ta’ Apostolos lejn Federico Falcone, bl-Arġentinjan iniżel il-ballun lejn sieħbu Lapert, b’dan tal-aħħar b’xutt mal-ewwel tefa’ fix-xibka biex jiskurkja t-tieni gowl għall-Hibernians u d-doppjeta personali fil-partita.

L-aħjar azzjoni għall-Mostin fil-partita tasal fit-83 minuta logħob, ikun Goncalves li baqa’ dieħel waħdu fil-kaxxa, biex l-goalkeeper ta’ Hibernians b’diffikulta jsalva xutt minn quddiemu mill-Brażiljan ta’ Mosta.

Bil-Mostin jippruvaw jieħdu xi ħaġa minn dan il-konfront, bil-Hibernians jirnexilhom jikkontrolaw tajjeb il-vantaġġ doppju sat-tisfira finali tar-referee Slobodan Petrovic.

B’din ir-rebħa Hibernians telgħu jaqsmu t-tieni post tal-klassifika ma’ Marsaxlokk bi 12-il punt, filwaqt Mosta baqgħu bid-9 punti li kellhom qabel dan il-konfront.