Internazzjonali

Il-Papa Franġisku kellu lejl ‘trankwill’ l-isptar minkejja li jinsab f’qagħda kritika

Fl-aħħar ħin, il-Vatikan ikkonferma li l-Papa Franġisku kellu lejl ‘trankwill’ l-isptar, wara li matul is-Sibt il-Vatikan iddeskriva l-kundizzjoni tiegħu bħala “kritika” tant li kellu bżonn ossiġnu supplimentari u trasfużjonijiet tad-demm.

Il-Papa Franġisku, li qed jiġġieled kontra bronkite, ddaħħal l-isptar Gemelli ta’ Ruma fl-14 ta’ Frar wara li għal diversi jiem kellu diffikultà biex jieħu n-nifs u sussegwentement kellu pnewmonja dijanjostikata fiż-żewġ pulmuni.