Fuq post li tefa fuq Facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sostna li taħt it-tmexxija ta’ Byron Camilleri, il-Ministeru tas-Sigurtà Nazzjonali sar Ministeru tal-Insigurtà Nazzjonali.
Kompla jgħid li ż-żmien tiegħu bħala Ministru kien ikkaratterizzat minn skandlu wara l-ieħor, fosthom:
- L-iskandlu ta’ iktar minn 18,000 ID card li ħarġu irregolarment b’indirizzi foloz;
- L-estensjoni tal-kuntratt tal-Angelo Gafà bħala Kummissarju tal-Pulizija, li ħalla l-Korp bla riżorsi biex jaħdem;
- Korruzzjoni fejn jidħlu ċ-ċitazzjonijiet tal-LESA;
- Trattament inuman fil-ħabs, kif ikkonfermat mill-Ombudsman;
- U issa, anke serq ta’ droga mingħand l-Armata.
Bernard Grech qal li ma rajna l-ebda turija ta’ rieda ta’ riforma, viżjoni jew pjan minn dan il-Ministeru. Robert Abela kellu jneħħi lil Byron Camilleri meta bdew ħerġin dawn l-iskandli kollha, però baqa’ jiddefendih. Issa għandu quddiemu r-riżenja tiegħu u għandu jaċċettaha minnufih.
Il-Partit Nazzjonalista se jkunu qed nitolbu li għada, fl-ewwel okkażjoni, issir seduta parlamentari li matulha tingħata spjegazzjoni dwar dan il-każ u li fiha l-Partit Nazzjonalista jkollha l-opportunità tagħmel il-mistoqsijiet u titlob kjarifiki mingħand il-Prim Ministru dwar dak li kien żvelat dalgħodu.
Grech temm jgħid li r-riżenja ta’ Byron Camilleri hi biss l-ewwel pass, hekk kif hemm bżonn bidla biex il-poplu Malti u Għawdxi jerġa’ jkollhom fiduċja fil-mexxejja li suppost jiggarantixxu s-sigurtà tal-poplu.