L-għaqda volontarja MMG Promotions li tifforma parti mis-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae Zabbar, għal darb oħra qed torganizza ż-Żabbar Autofest nhar il-Ħadd 25 ta’ Mejju 2025, fi Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok Ħaż-Żabbar, bejn id-9:00 u s-13:00.
Fl-ewwel sena tagħha fl-2012, huma bdew b’80 karozza biss. Iżda f’dawn l-aħħar snin l-ammont ta’ karozzi żdied għal iżjed minn 300 karozza, u l-attivita’ dejjem qed tkun sold-out. Sar ħafna xogħol sabiex jieħdu din l-attivita’ għal-livell li jmiss, fej appellaw għal varjetà akbar ta’ dilettanti tal-karozzi.
Dan deher sew b’mod sinifikanti fil-varjetà ta’ vetturi li juru matul l-edizzjoni tas-sena li għaddiet, fejn il-
post kien mimli bi trakkijiet, karozzi sportivi, karozzi super, u vetturi modifikati, li kienu milqugħa tajjeb ħafna mill-pubbliku.
MMG Promotions ikkollaboraw ukoll ma’ għadd ta’ organizzazzjonijiet filantropiċi, fosthom Puttinu Cares, ALIVE Charity Foundation, u ALS Malta+, fost l-oħrajn.
Din is-sena, se jkunu qed jappoġġjaw wieħed mill-membri tagħhom. F’Diċembru li għadda, wieħed mill-membri fundaturi tagħhom, Chris Bonello, kien involut f’inċident tal-karozzi devastanti. Għalhekk il-fondi li jinġabru waqt dan l-avveniment se jmorru lejn Chris Bonello sabiex jirċievi sieq bijonika.
//= $special ?>