Futbol Sport

Liverpool pass eqreb li jirbħu l-kampjonat b’rebħa għand Manchester City

Ritratt: EPA

Fil-partita tal-ġimgħa, Liverpool għamlu pass eqreb li jirbħu l-kampjonat b’rebħa konvinċenti fuq Manchester City fl-Etihad Stadium. Kien Mohammed Salad li tefa’ lil Liverpool fil-vantaġġ fl-14-il minuta meta minn corner maħdum tajjeb ikkonkluda tajjeb wara Ederson. Liverpool irdoppjaw fis-37 minuta meta din id-darba Mohammed Salah għadda lil Dominik Szoboszlai li b’xutt fil-baxx xeħet fix-xibka għal 2-0.

F’St James’ Park rebħa missielta għal Newcastle fuq Nottingham Forest bl-iskor ta’ 4-3. B’din ir-rebħa Newcastle telgħu fil-ħames post tal-klassifika. Kienu Nottingham Forest li marru fil-vantaġġ wara sitt minuti b’gowl ta’ Callum Hudson-Odoi qabel kien Lewis Miley li fit-23 minuta kiseb id-draw. Jacob Murphy tefa’ lil Newcastle fil-vantaġġ fit-23 minuta wara azzjoni ta’ kontrattakk qabel Alexander Isak għamilhom 3-1 u 4-1 minuta wara minn penalty, biex skorja il-50 gowl tiegħu ma’ Newcastle fil-Premier League.

Fit-tieni taqsima Forest wettqu reazzjoni b’gowls minn Nikola Milenkovic fit-63 minuta qabel Ryan Yates skorja fid-90 minuta, liema gowl ma kienx biżejjed biex isalvaw punt minn din il-partita.

Riżultati :

Newcastle v Nott.Forest 4-3
Man City v Liverpool 0-2