Kurżitajiet Mużika

Olly mhux sejjer il-Eurovision – se jkun Lucio Corsi l-kantant li jirrapreżenta lill-Italja

Ir-rebbieħ ta’ Sanremo ħabbar uffiċjalment li mhux se jipparteċipa fil-Eurovision ta’ din is-sena. U allura, dan ifisser li l-Italja se tkun rapreżentata mill-kantant Lucio Corsi li kien ġie klassifikat fit-tieni post.

Il-konkors tal-Eurovision se jġib flimkien 37 pajjiż, fosthom Malta, li jikkompetu għal dan l-unur prestiġġjuż.

Fost dawn il-pajjiżi hemm il-famużi Big 5 – inkluż l-Italja – li jipparteċipaw fil-finali.

Lucio Corsi se jinterpreta l-kanzunetta ‘Volevo essere un duro’.