Mapfre MSV Life Konck-out Nisa
Colin Schembri
Starlites JSD 95
Valletta Lioneses 45
(22-9)(25-10)(19-9)(29-17)
Starlites JSD se jikkontestaw il-finali tal-Mapfre MSV Life Knock-out tan-nisa wara li fl-ewwel semi-finali għelbu lil Valletta Lioneses 95-45 biex ħadu wkoll ir-raba’ rebħa fuqhom dan l-istaġun. Valletta tilfu s-servizzi tal-Internazzjonali Ukrena Olensia Malashenko li se tkompli l-istaġun fil-kampjonat nazzjonali tal-Libanu. Starlites fetħu bi trippla minn Sasha Lecuyer u għalkemm Valletta kellhom risposta minn Adriana Caballero u Taisiia Nikishina, Starlites fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 11-4. Valletta għamlu żewġ baskets oħra mill-istess players qabel ma Starlites għamlu run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Catherine Cilia u temmew l-ewwel taqsima 22-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu Starlites bdew b’10 punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Michela Zammit Cordina. Wara basket minn Alexia Parnis għal Valletta, kien hemm aktar punti minn Starlites fosthom baskets minn Catherine Vella u Philippa Riolo. Alexia Nikishina wieġbet għal Valletta iżda Starlites komplew bi trippla ta’ Mikela Riolo u basket ta’ Ylenia Ferrando għal skor ta’ 47-19.
Valletta fetħu t-tielet sessjoni bi trippla ta’ A. Nikishina u basket ta’ Caballero. Hawn però Starlites għamlu run ta’ 17-0 fosthom trippla ta’ Lecuyer u l-punti ta’ Ylenia Bonett u Ferrando. Valletta għalqu bi trippla ta’ Caballero għal skor ta’ 66-28. L-aħħar taqsima rat lil Valletta jiftħu bil-punti ta’ A. Nikishina u Caballero b’tal-aħħar ikollha wkoll trippla. Abugrin u Nicole Caruana ukoll għamlu trippli għal Valletta qabel ma Starlites għamlu run ta’ 11-0 b’diversi punti minn Napoleon, Zammit Cordina u Curmi. Mifsud għamlet l-aħħar basket ta’ Valletta hekk kif Starlites għamlu l-aħħar run ta’ 12-0 bl-aħħar basket ta’ Adriana Lupo jfisser li l-players kollha niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Starlites JSD: S. Lecuyer 14, M. Riolo 9, C. Cilia 7, P. Riolo 2, M. Zammit Cordina 9, C. Vella 4, A. Lupo 2, M. Napoleon 27, Y.Bonett 10, M. Fenech 3, Y. Ferrando 9, C. Curmi 2.
Valletta: A. Parnis 2, S. Abugrin 3, N. Caruana 3, A. Caballero 15, M. Mifsud 2, A. Nikishina 10, H. Grixti 2, T. Nikishina 8.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi
Caffè Moak Luxol 58
Betsson Depiro 64
(15-22)(13-11)(17-17)(13-14)
Betsson Depiro se jiddefendu l-unur tal-Mapfre MSV Life Knock-Out li rebħu l-istaġun li għadda meta wara semi-finali kumbattuta huma għelbu lil Caffè Moak Luxol 64-58.Run ta’ 14-0 fl-ewwel sessjoni kienet kruċjali għall-andament tal-partita u minkejja li Luxol tħabtu biex isalvaw il-partita ir-rebħa marret għand Depiro grazzi wkoll għal wirja oħra mill-aqwa tal-Amerikana Janai Crooms b’27 punt u 21 rebound. Luxol laqgħu lura lil Sarah Pace wara diversi ġimgħat però kienu mingħajr Vanya Baldacchino u Ella Abela. Depiro inkludew lil Jasmine Mallia u kienet nieqsa Noeleen Agius. Depiro bdew il-partita b’saħħithom, immexxija minn Crooms li kellha 13 punt fl-ewwel taqsima. Luxol ħadu vantaġġ ta’ 10-4 fil-bidu permezz ta’ punti minn Anna Fenech Pace u triġġla ta’ Brandi Huffhines. Depiro wieġbu b’run ta’ 14-0 bi trippli ta’ Julia Borg u Crooms flimkien ma’ Kristy Galea. Ir-risposta ta’ Luxol waslet minn Sarah Fenech Pace u trippla oħra ta’ Huffhines però kienu Depiro li temmew l-ewwel taqsima b’vantaġġ ta’ 22-15. Luxol wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima, mmexxija minn Josephine Diaby li wkoll kellha partita mill-aqw u Huffhines B, li naqsu d-distakk għal 24-17 b’żewġ fast breaks konsekuttivi. Depiro wieġbu b’punti ta’ Crooms u Galea u Joselle Borg Cardona qabel ma Luxol għamlu l-aħħar 4 punti għal skor ta’ 28-33.
It-tielet taqsima kompliet b’intensità għolja hekk kif Huffhines għamlet 9 punti konsekuttivi, inkluż trippla li naqqset id-distakk għal 38-40 fil-ħames minuta Depiro rkupraw grazzi għal trippla ta’ Borg u l-punti ta’ Crooms u Borg Cardona hekk kif għamlu run ta’ 10-2 u reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 10 punti. Luxol però naqqsu d-distakk bin-nofs hekk kif għalqu bi trippla u basket ta’ Diaby għal skor ta’ 45-50. Luxol marru fuq quddiem fil-bidu tal-aħħar sessjoni wara punti minn Pace u Diaby 51-50. Depiro però baqgħu kalmi u wettqu reazzjoni li ssarfet fi break ta’ 13-2 b’baskets minn Galea, Crooms u Julia Borg Xerri u reġgħu marru 10 minn fuq 63-53. Luxol ippruvaw l-aħħar sforz bil-punti ta’ S. Fenech Pace u trippla ta’ Huffhines però l-ħin kien kontra tagħhom u Depiro għalqu l-partita bl-aħħar punti ta’ Galea u ħarġu rebbieħa 64-58.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott, S. Pace 4, L. Fenech Pace, M. Marmara, N. Vella, J. Said, S. Fenech Pace 6, J. Diaby 18, B. Huffhines 22, R. Fenech Pace, R. Naudi, A. Fenech Pace 8.
Sigma Depiro: N. Agius, J. Borg Xerri 3, J. Mallia, L. Sciberras, C. Ciantar 6, J. Borg 11, M. Micallef, N. Borg, K. Galea 11, J. Borg Cardona 6, H. Farag, J. Crooms 27.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Miguel De Flavia.
//= $special ?>